+KAPITOLU VII Kooperazzjoni
---+Artikolu 50 Assistenza reċiproka
------+Article 50 1.
------+Article 50 2.
------+Article 50 3.
------+Article 50 4.
------+Article 50 5.
------+Article 50 6.
------+Article 50 7.
------+Article 50 8.
---+Artikolu 51 Kompiti tal-Bord
------+Article 51 1.
------+Article 51 2.
------+Article 51 3.
------+Article 51 4.

KAPITOLU VII Kooperazzjoni

KAPITOLU VII Kooperazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 50 Assistenza reċiproka

Artikolu 50

Assistenza reċiproka

1.  Kull Stat Membru għandu jipprevedi li l-awtoritajiet superviżorji tagħhom jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni rilevanti u assistenza reċiproka biex jimplimentaw u japplikaw din id-Direttiva b'mod konsistenti, u li jistabbilixxu miżuri għal kooperazzjoni effettiva ma' xulxin. L-assistenza reċiproka għandha tkopri, b'mod partikolari, ir-rikjesti għall-informazzjoni u l-miżuri ta' sorveljanza, bħal talbiet biex jitwettqu konsultazzjonijiet, spezzjonijiet u investigazzjonijiet.

2.  Kull Stat Membru għandu jipprevedi li kull awtorità superviżorja tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex twieġeb għal talba ta' awtorità superviżorja oħra mingħajr dewmien bla bżonn u sa mhux aktar tard minn xahar wara li tkun irċeviet it-talba. Tali miżuri jistgħu jinkludu, b'mod partikolari, it-trażmissjoni ta' informazzjoni rilevanti dwar it-twettiq ta' investigazzjoni.

3.  Talbiet għall-assistenza għandha tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż il-fini u r-raġunijiet għat-talba. L-informazzjoni skambjata għandha tintuża biss għall-fini li għalih intalbet.

4.  L-awtorità superviżorja li ssirilha t-talba ma għandhiex tirrifjuta li tikkonforma mat-talba sakemm:

(a) ma tkunx kompetenti għas-suġġett tat-talba jew għall-miżuri li hija mitluba teżegwixxi; jew

(b) il-konformità mat-talba tikser din id-Direttiva jew il-liġi tal-Unjoni jew ta' Stat Membru li tkun soġġetta għalihom l-awtorità superviżorja riċeventi.

5.  L-awtorità superviżorja li ssirilha t-talba għandha tinforma lill-awtorità superviżorja li tagħmel it-talba dwar ir-riżultati jew, skont kif ikun il-każ, dwar il-progress jew il-miżuri meħuda sabiex iwieġbu għat-talba. L-awtorità superviżorja li ssirilha t-talba għandha tipprovdi raġunijiet għal kwalunkwe rifjut biex tkun konformi ma' talba skont il-paragrafu 4.

6.  L-awtoritajiet superviżorji li ssirilhom it-talba għandhom, bħala regola, jipprovdu l-informazzjoni mitluba minn awtoritajiet superviżorji oħrajn b'mezzi elettroniċi, bl-użu ta' format standardizzat.

7.  L-awtoritajiet superviżorji li ssirilhom it-talba ma għandhomx jitolbu ħlas għal kwalunkwe azzjoni meħuda minnhom wara talba għal assistenza reċiproka. L-awtoritajiet superviżorji jistgħu jaqblu dwar regoli biex jindennizzaw lil xulxin għal nefqa speċifika li tiġi mill-għoti ta' assistenza reċiproka f'ċirkostanzi eċċezzjonali.

8.  Il-Kummissjoni tista', permezz tal-atti ta' implimentazzjoni, tispeċifika l-format u l-proċeduri għal assistenza reċiproka msemmija f'dan l-Artikolu u l-arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi bejn l-awtoritajiet superviżorji, u bejn l-awtoritajiet superviżorji u l-Bord. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 58(2).

Artikolu 51 Kompiti tal-Bord

Artikolu 51

Kompiti tal-Bord

1.  Il-Bord li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) 2016/679 għandu jwettaq il-kompiti kollha li ġejjin b'rabta ma' pproċessar fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva:

(a) jagħti parir lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni ta' data personali fl-Unjoni, inkluż dwar kwalunkwe emenda proposta għal din id-Direttiva;

(b) jeżamina, fuq inizjattiva tiegħu stess, fuq talba ta' wieħed mill-membri tiegħu jew fuq talba tal-Kummissjoni, kwalunkwe kwistjoni li tkopri l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva u joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki sabiex jinkoraġġixxi l-applikazzjoni konsistenti ta' din id-Direttiva;

(c) ifassal linji gwida għall-awtoritajiet superviżorji dwar l-applikazzjoni ta' miżuri msemmija fl-Artikolu 47(1) u (3);

(d) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f'konformità mal-punt (b) ta' dan is-subparagrafu biex jiġi stabbiliti ksur tad-data personali u determinat id-dewmien bla bżonn imsemmija tal-Artikolu 30(1) u (2) u għaċ-ċirkostanzi partikolari li fihom kontrollur jew proċessur ikun meħtieġ jinnotifika l-ksur tad-data personali;

(e) joħroġ linji gwida, rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki f'konformità mal-punt (b) ta' dan is-subparagrafu rigward iċ-ċirkostanzi li fihom ksur ta' data personali x'aktarx li jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi kif imsemmi fl-Artikolu 31(1);

▼C1

(f) jirrieżamina l-applikazzjoni prattika tal-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki;

▼B

(g) jipprovdi lill-Kummissjoni b'opinjoni biex tiġi vvalutata l-adegwatezza tal-livell ta' protezzjoni f'pajjiż terz, territorju jew settur tal-ipproċessar fi ħdan pajjiż terz, jew organizzazzjoni internazzjonali, inkluż biex jiġi vvalutat jekk tali pajjiż terz, territorju, settur speċifikat jew organizzazzjoni internazzjonali ma jkunux għadhom jiżguraw livell ta' protezzjoni adegwat;

(h) jippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambju bilaterali u multilaterali effettiv ta' informazzjoni u l-aqwa prattiki bejn l-awtoritajiet superviżorji;

(i) jippromwovi programmi ta' taħriġ komuni u jiffaċilita l-iskambji ta' persunal bejn l-awtoritajiet superviżorji, u, fejn adatt, mal-awtoritajiet superviżorji ta' pajjiżi terzi jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali;

(j) jippromwovi l-iskambju ta' għarfien u dokumentazzjoni dwar il-liġi u l-prattika dwar il-protezzjoni tad-data ma' awtoritajiet superviżorji tal-protezzjoni tad-data fid-dinja kollha.

Fir-rigward tal-punt (g) tal-ewwel subparagrafu, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Bord bid-dokumentazzjoni kollha neċessarji, inkluż korrispondenza mal-gvern tal-pajjiż terz, mat-territorju jew settur speċifikat fi ħdan dak il-pajjiż terz, jew mal-organizzazzjoni internazzjonali.

2.  Fejn il-Kummissjoni titlob parir mingħand il-Bord, hija tista' tindika limitu ta' żmien, billi tiġi kkunsidrata l-urġenza tal-kwistjoni.

3.  Il-Bord għandu jippreżenta l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet, u l-aħjar prattiki tiegħu lill-Kummissjoni u lill-kumitat imsemmi fl-Artikolu 58(1) u jagħmilhom pubbliċi.

4.  Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Bord bl-azzjoni li hija tkun ħadet wara l-opinjonijiet, il-linji gwida, ir-rakkomandazzjonijiet u l-aħjar prattiki maħruġa mill-Bord.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0680
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.