Artikolu 60
Atti tal-Unjoni diġà fis-seħħ
Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tad-data personali fl-atti legali tal-Unjoni li daħlu fis-seħħ fi jew qabel is-6 ta' Mejju 2016 fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija, li jirregolaw l-ipproċessar bejn l-Istati Membri u l-aċċess ta' awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri għas-sistemi ta' informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, ma għandhomx jiġu affettwati.