+KAPITOLU X Dispożizzjonijiet finali
---+Artikolu 59 Tħassir tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI
------+Article 59 1.
------+Article 59 2.
---+Artikolu 60 Atti tal-Unjoni diġà fis-seħħ
---+Artikolu 61 Relazzjoni ma' ftehimiet internazzjonali konklużi qabel fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija
---+Artikolu 62 Rapporti tal-Kummissjoni
------+Article 62 1.
------+Article 62 2.
------+Article 62 3.
------+Article 62 4.
------+Article 62 5.
------+Article 62 6.
---+Artikolu 63 Traspożizzjoni
------+Article 63 1.
------+Article 63 2.
------+Article 63 3.
------+Article 63 4.
---+Artikolu 64 Dħul fis-seħħ
---+Artikolu 65 Destinatarji

KAPITOLU X Dispożizzjonijiet finali

KAPITOLU X Dispożizzjonijiet finali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 Tħassir tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI

Artikolu 59

Tħassir tad-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI

1.  Id-Deċiżjoni Qafas 2008/977/ĠAI hija b'dan imħassra b'effett mis-6 ta' Mejju 2018.

2.  Ir-referenzi għad-Deċiżjoni mħassra li saret referenza għaliha fil-paragrafu 1 għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva.

Artikolu 60 Atti tal-Unjoni diġà fis-seħħ

Artikolu 60

Atti tal-Unjoni diġà fis-seħħ

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-protezzjoni tad-data personali fl-atti legali tal-Unjoni li daħlu fis-seħħ fi jew qabel is-6 ta' Mejju 2016 fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija, li jirregolaw l-ipproċessar bejn l-Istati Membri u l-aċċess ta' awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri għas-sistemi ta' informazzjoni stabbiliti skont it-Trattati fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, ma għandhomx jiġu affettwati.

Artikolu 61 Relazzjoni ma' ftehimiet internazzjonali konklużi qabel fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija

Artikolu 61

Relazzjoni ma' ftehimiet internazzjonali konklużi qabel fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija

Ftehimiet internazzjonali li jinvolvu t-trasferiment tad-data personali lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali li kienu ġew konklużi minn Stati Membri qabel is-6 ta' Mejju 2016 u li jikkonformaw mal-liġi tal-Unjoni kif applikabbli qabel dik id-data għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm jiġu emendati, sostitwiti jew revokati.

Artikolu 62 Rapporti tal-Kummissjoni

Artikolu 62

Rapporti tal-Kummissjoni

1.  Sas-6 ta' Mejju 2022, u kull erba' snin minn dakinhar, il-Kummissjoni għandha tressaq rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' din id-Direttiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapporti għandhom isiru pubbliċi.

2.  Fil-kuntest ta' dawn l-evalwazzjonijiet u rieżamijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha teżamina, b'mod partikolari, l-applikazzjoni u l-funzjonament tal-Kapitolu V dwar it-trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali b'mod partikolari fir-rigward ta' deċiżjonijiet adottati skont l-Artikolu 36(3) u l-Artikolu 39.

3.  Għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni tista' titlob informazzjoni mill-Istati Membri u l-awtoritajiet superviżorji.

4.  Fit-twettiq tal-valutazzjonijiet u tar-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-pożizzjonijiet u s-sejbiet tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u ta' entitajiet jew sorsi rilevanti oħra.

5.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta, jekk ikun meħtieġ, proposti xierqa bil-ħsieb li tkun emendata din id-Direttiva, b'mod partikolari filwaqt li tqis l-iżviluppi fit-teknoloġiji tal-informatika u fid-dawl tal-istat ta' progress fis-soċjetà tal-informazzjoni.

6.  Sas-6 ta' Mejju 2019, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina atti legali oħra adottati mill-Unjoni li jirregolaw l-ipproċessar mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet stipulati fl-Artikolu 1(1) inkluż dawk imsemmija fl-Artikolu 60, sabiex tevalwa l-ħtieġa li tallinjahom ma' din id-Direttiva u tagħmel, fejn adatt, il-proposti meħtieġa sabiex temenda dawk l-atti biex tiżgura approċċ konsistenti għall-protezzjoni tad-data personali fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva.

Artikolu 63 Traspożizzjoni

Artikolu 63

Traspożizzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sas-6 ta' Mejju 2018, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma' din id-Direttiva. Huma għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-Kummissjoni t-test ta' dawn id-dispożizzjonijiet. Huma għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mis-6 ta' Mejju 2018.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, huma għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif issir din ir-referenza.

2.  B'deroga mill-paragrafu 1, Stat Membru jista' jipprovdi, b'mod eċċezzjonali, fejn dan ikun jinvolvi sforz sproporzjonat, għas-sistemi ta' pproċessar awtomatizzat stabbiliti qabel is-6 ta' Mejju 2016 biex jinġiebu f'konformità mal-Artikolu 25(1) sas-6 ta' Mejju 2023.

3.  B'deroga mill-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, Stat Membru jista', f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jġib sistema ta' pproċessar awtomatizzat kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu f'konformità mal-Artikolu 25(1) f'perijodu speċifikat wara l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, jekk inkella din tikkawża diffikultajiet serji għat-tħaddim ta' dik is-sistema partikolari ta' pproċessar awtomatizzat. L-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bir-raġunijiet għal dawk id-diffikultajiet serji u r-raġunijiet għall-perijodu speċifikat li fih sistema partikolari ta' pproċessar awtomatizzat għandha tinġieb f'konformità mal-Artikolu 25(1). Il-perijodu speċifikat f'kull każ ma għandux ikun aktar tard mis-6 ta' Mejju 2026.

4.  L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 64 Dħul fis-seħħ

Artikolu 64

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjal tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 65 Destinatarji

Artikolu 65

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.05.2016 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0680
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.