+Artikolu 5f Dipendenza transfruntiera fuq il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali
---+Artikolu 5f 1.
---+Artikolu 5f 2.
---+Artikolu 5f 3.
---+Artikolu 5f 4.
---+Artikolu 5f 5.
|
Artikolu 5f Dipendenza transfruntiera fuq il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 5f 1.
|
Meta l-Istati Membri jirrikjedu mezz ta’ identifikazzjoni elettronika u awtentikazzjoni biex jaċċessaw servizz online pprovdut minn korp tas-settur pubbliku, dawn għandhom jaċċettaw ukoll il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li huma provduti skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 5f 2.
|
Meta partijiet dipendenti privati li jipprovdu s-servizzi, bl-eċċezzjoni ta’ intrapriżi mikro u żgħar kif definiti fl-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (
5
), ikunu meħtieġa bil-liġi nazzjonali jew bid-dritt tal-Unjoni li jużaw awtentikazzjoni b’saħħitha tal-utenti għal identifikazzjoni online, jew meta tkun meħtieġa awtentikazzjoni b’saħħitha tal-utenti permezz ta’ obbligu kuntrattwali, inkluż fl-oqsma tat-trasport, tal-enerġija, tas-servizzi bankarji, tas-servizzi finanzjarji, tas-sigurtà soċjali, tas-saħħa, tal-ilma tax-xorb, tas-servizzi postali, tal-infrastruttura diġitali, tal-edukazzjoni jew tat-telekomunikazzjoni, dawk il-partijiet dipendenti privati, sa mhux aktar tard minn 36 xahar wara d-data ta’ dħul fis-seħħ tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 5a(23) u l-Artikolu 5c(6) u biss fuq talba volontarja tal-utent, għandhom jaċċettaw ukoll il-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li huma pprovduti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 5f 3.
|
Meta fornituri ta’ pjattaformi online kbar ħafna kif iddefiniti fl-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
6
) jirrikjedu l-awtentikazzjoni tal-utenti għall-aċċess tas-servizzi online, dawn għandhom jaċċettaw u jiffaċilitaw ukoll l-użu ta’ Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali li huma pprovduti f’konformità ma’ dan ir-Regolament għall-awtentikazzjoni tal-utent biss fuq talba volontarja tal-utent u fir-rigward tad- data minima meħtieġa għas-servizz online speċifiku li għalih tintalab l-awtentikazzjoni.
|
|
Artikolu 5f 4.
|
F’kooperazzjoni mal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inkluż is-soċjetà ċivili, sabiex tikkontribwixxi għad-disponibbiltà u l-użu wiesgħa tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u tħeġġeġ lill-fornituri tas-servizzi jlestu l-iżvilupp ta’ kodiċijiet ta’ kondotta.
|
|
Artikolu 5f 5.
|
Fi żmien 24 xahar wara l-introduzzjoni tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, il-Kummissjoni għandha tivvaluta d-domanda għal, u d-disponibbiltà u l-użu tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali, filwaqt li tqis kriterji bħall-użu mill-utenti, il-preżenza transfruntiera tal-fornituri tas-servizzi, l-iżviluppi teknoloġiċi, l-evoluzzjoni fix-xejriet tal-użu u d-domanda tal-konsumaturi.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|