+Artikolu 11 Responsabbiltà
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
|
Artikolu 11 Responsabbiltà
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-Istat Membru notifikanti għandu jkun responsabbli għall-ħsara kkawżata apposta jew minħabba negliġenza lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minħabba n-nuqqas tiegħu li jikkonformi mal-obbligi tiegħu skont il-punti (d) u (f) tal-Artikolu 7 fi transazzjoni transkonfinali.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Il-parti li toħroġ il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika għandha tkun responsabbli għall-ħsara kkawżata apposta jew minħabba negliġenza lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minħabba n-nuqqas tagħha li tikkonforma mal-obbligu msemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 7 fi transazzjoni transkonfinali.
|
|
Artikolu 11 3.
|
Il-parti li tħaddem il-proċedura ta’ awtentikazzjoni għandha tkun responsabbli għall-ħsara kkawżata apposta jew minħabba negliġenza lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika minħabba n-nuqqas tagħha li tħaddem tajjeb l-awtentikazzjoni msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 7, fi transazzjoni transkonfinali.
|
|
Artikolu 11 4.
|
Il-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom jiġu applikati f’konformità mar-regoli nazzjonali dwar ir-responsabbiltà.
|
|
Artikolu 11 5.
|
Il-paragrafi 1, 2 u 3 huma mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà, skont il-liġi nazzjonali, ta’ partijiet fi transazzjoni li fiha jintużaw il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika li jaqgħu taħt l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika notifikata skont l-Artikolu 9(1).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|