+TAQSIMA 2 skemi ta’ identifikazzjoni elettronika
---+Artikolu 6 Rikonoxximent reċiproku
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
---+Artikolu 7 Eliġibbilità għan-notifika tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
---+Artikolu 8 Livelli ta’ assigurazzjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
------+Artikolu 8 1.
------+Artikolu 8 2.
------+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 9 Notifika
------+Artikolu 9 1.
------+Artikolu 9 2.
------+Artikolu 9 3.
------+Artikolu 9 4.
------+Artikolu 9 5.
---+Artikolu 10 Ksur tas-sigurtà tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
------+Artikolu 10 1.
------+Artikolu 10 2.
------+Artikolu 10 3.
---+Artikolu 11 Responsabbiltà
------+Artikolu 11 1.
------+Artikolu 11 2.
------+Artikolu 11 3.
------+Artikolu 11 4.
------+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11a Tqabbil transfruntier tal-identità
------+Artikolu 11a 1.
------+Artikolu 11a 2.
------+Artikolu 11a 3.
---+Artikolu 12 Interoperabbiltà
------+Artikolu 12 1.
------+Artikolu 12 2.
------+Artikolu 12 3.
------+Artikolu 12 4.
------+Artikolu 12 5.
------+Artikolu 12 6.
------+Artikolu 12 8.
------+Artikolu 12 9.
---+Artikolu 12a Ċertifikazzjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
------+Artikolu 12a 1.
------+Artikolu 12a 2.
------+Artikolu 12a 3.
------+Artikolu 12a 4.
------+Artikolu 12a 5.
------+Artikolu 12a 6.
---+Artikolu 12b Aċċess għall-karatteristiċi tal-hardware u s-software

TAQSIMA 2 skemi ta’ identifikazzjoni elettronika

TAQSIMA 2 skemi ta’ identifikazzjoni elettronika

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 Rikonoxximent reċiproku
Artikolu 7 Eliġibbilità għan-notifika tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika

Artikolu 7

Eliġibbilità għan-notifika tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika

Skema ta’ identifikazzjoni elettronika għandha tkun eliġibbli għal notifika skont l-Artikolu 9(1) dment li jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika taħt l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika jinħarġu:

(i) 

mill-Istat Membru li jinnotifika;

(ii) 

skont mandat mill-Istat Membru li jinnotifika; jew

(iii) 

b’mod indipendenti mill-Istat Membru li jinnotifika u jiġu rikonoxxuti minn dak l-Istat Membru;

(b) 

il-mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika taħt l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika jistgħu jintużaw biex għall-inqas jinkiseb aċċess għal servizz wieħed ipprovdut minn korp tas-settur pubbliku u li jkun jeħtieġ identifikazzjoni elettronika fl-Istat Membru li jinnotifika;

(c) 

l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika u l-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika maħruġa skontha jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ mill-inqas wieħed mil-livelli ta’ assigurazzjoni stabbiliti mill-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(3);

(d) 

‘l-Istat Membru li jinnotifika jiżgura li d-data tal-identifikazzjoni tal-persuna li tirrappreżenta b’mod esklussiv il-persuna inkwistjoni tkun attribwita f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri għal-livell ta’ assigurazzjoni rilevanti stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(3), lill-persuna fiżika jew ġuridika msemmija fil-punt 1 tal-Artikolu 3 fil-ħin tal-ħruġ tal-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika taħt dik l-iskema;

(e) 

il-parti li toħroġ il-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika skont dik l-iskema tiżgura li l-mezz ta’ identifikazzjoni elettronika jiġi attribwit lill-persuna msemmija fil-punt (d) ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi, l-istandards u l-proċeduri għal-livell ta’ assigurazzjoni rilevanti stabbilit fl-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(3);

(f) 

l-Istat Membru li jinnotifika jiżgura d-disponibbiltà ta’ awtentikazzjoni online, sabiex kwalunkwe parti dipendenti stabbilita fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor tkun tista’ tikkonferma d-data ta’ identifikazzjoni tal-persuna li kienet riċevuta f’forma elettronika.

Għal partijiet dipendenti li mhumiex korpi tas-settur pubbliku l-Istat Membru notifikanti jista’ jiddefinixxi t-termini ta’ aċċess għal dik l-awtentikazzjoni. L-awtentikazzjonijiet transkonfinali għandhom jingħataw mingħajr ħlas meta jitwettqu fir-rigward ta’ servizz online pprovdut minn korp tas-settur pubbliku.

L-Istati Membri ma għandhom jimponu ebda rekwiżit tekniku speċifiku sproporzjonat fuq partijiet dipendenti li bi ħsiebhom iwettqu tali awtentikazzjoni, fejn tali rekwiżiti jipprevjenu jew jimpedixxu b’mod sinifikanti l-interoperabilità tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettroniċi nnotifikati;

▼M2

(g) 

mill-inqas sitt xhur qabel in-notifika skont l-Artikolu 9(1), l-Istat Membru notifikanti jipprovdi lill-Istati Membri l-oħra għall-finijiet tal-Artikolu 12(5), b’deskrizzjoni ta’ dik l-iskema f’konformità mal-arranġamenti proċedurali stabbiliti bl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 12(6)

▼B

(h) 

l-iskema ta’ identifikazzjoni elettronika tissodisfa r-rekwiżiti tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 12(8).

Artikolu 8 Livelli ta’ assigurazzjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
Artikolu 9 Notifika
Artikolu 10 Ksur tas-sigurtà tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
Artikolu 11 Responsabbiltà
Artikolu 11a Tqabbil transfruntier tal-identità
Artikolu 12 Interoperabbiltà
Artikolu 12a Ċertifikazzjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
Artikolu 12b Aċċess għall-karatteristiċi tal-hardware u s-software

Artikolu 12b

Aċċess għall-karatteristiċi tal-hardware u s-software

Meta l-fornituri tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali u l-emittenti ta’ mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika notifikati li jaġixxu f’kapaċità kummerċjali jew professjonali u jużaw servizzi ewlenin tal-pjattaforma kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ) għall-fini, jew waqt li jipprovdu servizzi tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali u mezzi ta’ identifikazzjoni elettronika lill-utenti finali jkunu utenti kummerċjali kif definiti fl-Artikolu 2, punt (21), ta’ dak ir-Regolament, il-gwardjani għandhom, b’mod partikolari, jippermettulhom interoperabbiltà effettiva mal-finijiet ta’ interoperabbiltà għall-istess karatteristiċi tas-sistema operattiva, tal-hardware jew tas-software, u aċċess għalihom. Tali interoperabbiltà u aċċess effettivi għandhom ikunu permessi mingħajr ħlas u irrispettivament minn jekk il-karatteristiċi tal-hardware jew tas-software jkunux parti mis-sistema operattiva, huma disponibbli għal dak il-gwardjan, jew huma użati minnu, meta jipprovdi tali servizzi, skont it-tifsira tal-Artikolu 6(7) tar-Regolament (UE) 2022/1925. Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5a(14) ta’ dan ir-Regolament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.