+Artikolu 12a Ċertifikazzjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
---+Artikolu 12a 1.
---+Artikolu 12a 2.
---+Artikolu 12a 3.
---+Artikolu 12a 4.
---+Artikolu 12a 5.
---+Artikolu 12a 6.
|
Artikolu 12a Ċertifikazzjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12a 1.
|
Il-konformità tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika li għandhom jiġu nnotifikati mar-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż il-konformità mar-rekwiżiti rilevanti għaċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Artikolu 8(2) rigward il-livelli ta’ assigurazzjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika, għandha tiġi ċċertifikata mill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità maħtura mill-Istati Membri.
|
|
Artikolu 12a 2.
|
Iċ-ċertifikazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq skont skema rilevanti ta’ ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont ir-Regolament (UE) 2019/881 jew partijiet minnu, sa fejn iċ-ċertifikat taċ-ċibersigurtà jew partijiet minnu jkopru dawk ir-rekwiżiti taċ-ċibersigurtà.
|
|
Artikolu 12a 3.
|
Iċ-ċertifikazzjoni skont il-paragrafu 1 għandha tkun valida sa ħames snin, dment li titwettaq valutazzjoni tal-vulnerabbiltajiet kull sentejn. Meta tiġi identifikata vulnerabbiltà u din ma tiġix rimedjata fi żmien tliet xhur mill-identifikazzjoni tagħha, iċ-ċertifikazzjoni għandha tiġi kkanċellata.
|
|
Artikolu 12a 4.
|
Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jitolbu, f’konformità ma’ dak il-paragrafu, informazzjoni addizzjonali mingħand Stat Membru notifikanti dwar skemi ta’ identifikazzjoni elettronika jew parti minnhom iċċertifikati.
|
|
Artikolu 12a 5.
|
Ir-rieżami bejn il-pari ta’ skemi ta’ identifikazzjoni elettronika msemmija fl-Artikolu 12(5) ma għandux japplika għall-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika jew għal partijiet minn tali skemi ċċertifikati f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. L-Istati Membri jistgħu jużaw ċertifikat jew dikjarazzjoni ta’ konformità maħruġa f’konformità ma’ skema ta’ ċertifikazzjoni rilevanti jew partijiet minn tali skemi, bir-rekwiżiti mhux relatati maċ-ċibersigurtà stabbiliti fl-Artikolu 8(2) rigward il-livelli ta’ assigurazzjoni tal-iskemi ta’ identifikazzjoni elettronika.
|
|
Artikolu 12a 6.
|
L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri kollha.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|