|
+Artikolu 20 4. |
Artikolu 20 4.Sal-21 ta’ Mejju 2025, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ standards ta’ referenza u, fejn neċessarju, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet u proċeduri għal dawn li ġejjin:
(a)
l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
ir-rekwiżiti tal-awditjar għall-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità biex iwettqu l-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, inkluż valutazzjoni komposta, tal-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(c)
l-iskemi ta’ valutazzjoni tal-konformità għat-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità tal-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji mill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-forniment tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|