+Artikolu 20 Superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati
---+Artikolu 20 1.
---+Artikolu 20 1a.
---+Artikolu 20 1b.
---+Artikolu 20 2.
---+Artikolu 20 3.
---+Artikolu 20 3a.
---+Artikolu 20 3b.
---+Artikolu 20 3c.
---+Artikolu 20 4.
|
Artikolu 20 Superviżjoni tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 20 1.
|
Il-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji għandhom jiġu awditjati bi spejjeż għalihom stess mill-inqas kull 24 xahar minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità. L-awditu għandu jikkonferma li fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati pprovduti minnhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament u fl-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555. Il-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji għandhom jippreżentaw ir-rapport dwar il-valutazzjoni tal-konformità li jirriżulta lill-korp superviżorju fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn meta jirċivuh.
|
|
Artikolu 20 1a.
|
Il-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji għandhom jinfurmaw lill-korp superviżorju mhux aktar tard minn xahar qabel kwalunkwe awditu ppjanat u għandhom jippermettu lill-korp superviżorju jipparteċipa bħala osservatur fuq talba.
|
|
Artikolu 20 1b.
|
L-Istati Membri għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet, l-indirizzi u d-dettalji tal-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom imsemmija fil-paragrafu 1 u bi kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dik l-informazzjoni disponibbli għall-Istati Membri kollha.
|
|
Artikolu 20 2.
|
Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-korp superviżorju jista’ fi kwalunkwe ħin iwettaq awditu jew jitlob lil korp tal-valutazzjoni tal-konformità biex iwettaq valutazzjoni tal-konformità tal-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati, bi spejjeż għal dawk il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji, biex jiġi kkonfermat li huma u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li huma jipprovdu jissodisfaw ir-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament. Fejn ikun jidher li kien hemm ksur tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-korp superviżorju għandu, mingħajr dewmien żejjed, jinforma lill-awtoritajiet superviżorji kompetent stabbilit skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679.
|
|
Artikolu 20 3.
|
Meta l-fornitur kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji jonqos milli jissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti minn dan ir-Regolament, il-korp superviżorju għandu jitolbu jipprovdi rimedju f’limitu ta’ żmien stabbilit, jekk ikun applikabbli. Meta dak il-fornitur ma jipprovdix rimedju u, meta jkun applikabbli fil-limitu ta’ żmien stabbilit mill-korp superviżorju, fejn ġustifikat b’mod partikolari skont il-livell, id-durata u l-konsegwenzi ta’ dak in-nuqqas, il-korp superviżorjugħandu jirtira l-istatus kwalifikat ta’ dak il-fornitur jew tas-servizz affettwat li dan jipprovdi.
|
|
Artikolu 20 3a.
|
Meta l-awtoritajiet kompetenti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 jinformaw lill-korp superviżorju li l-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji jonqos milli jissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21 ta’ dik id-Direttiva, il-korp superviżorju, fejn ġustifikat b’mod partikolari mill-firxa, id-durata u l-konsegwenzi ta’ dak in-nuqqas, għandu jirtira l-istatus kwalifikat ta’ dak il-fornitur jew tas-servizz affettwat li jipprovdi.
|
|
Artikolu 20 3b.
|
Meta l-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jinformaw lill-korp superviżorju li l-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji jonqos milli jissodisfa kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament, il-korp superviżorju, fejn ġustifikat b’mod partikolari mill-firxa, id-durata u l-konsegwenzi ta’ dak in-nuqqas, għandu jirtira l-istatus kwalifikat ta’ dak il-fornitur jew tas-servizz affettwat li jipprovdi.
|
|
Artikolu 20 3c.
|
Il-korp superviżorju għandu jinforma lill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji bl-irtirar tal-istatus kwalifikat tiegħu jew tal-istatus kwalifikat tas-servizz ikkonċernat. Il-korp superviżorju għandu jinforma lill-korp notifikat skont l-Artikolu 22(3) ta’ dan ir-Regolament għall-finijiet tal-aġġornament tal-listi affidabbli msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dak l-Artikolu u lill-awtorità kompetenti maħtura jew stabbilita skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555.
|
|
Artikolu 20 4.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2025, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ standards ta’ referenza u, fejn neċessarju, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet u proċeduri għal dawn li ġejjin:
(a)
l-akkreditazzjoni tal-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għar-rapport dwar il-valutazzjoni tal-konformità msemmija fil-paragrafu 1;
(b)
ir-rekwiżiti tal-awditjar għall-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità biex iwettqu l-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, inkluż valutazzjoni komposta, tal-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji kif imsemmi fil-paragrafu 1;
(c)
l-iskemi ta’ valutazzjoni tal-konformità għat-twettiq tal-valutazzjoni tal-konformità tal-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji mill-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u għall-forniment tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|