|
+Artikolu 21 2. |
Artikolu 21 2.Il-korp superviżorju għandu jivverifika jekk il-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji pprovduti minnu jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, mar-rekwiżiti għall-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji u għas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li dawn jipprovdu. Sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-korp superviżorju għandu jitlob lill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) ta’ dik id-Direttiva biex iwettqu azzjonijiet superviżorji f’dak ir-rigward u biex jipprovdu informazzjoni dwar l-eżitu mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien xahrejn minn meta tasal dik it-talba. Jekk il-verifika ma tiġix konkluża fi żmien xahrejn min-notifika, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-korp superviżorju fejn jispeċifikaw ir-raġunijiet tad-dewmien u l-perjodu li fih għandha tiġi konkluża l-verifika. Meta l-korp superviżorju jikkonkludi li l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji pprovduti minnu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-korp superviżorju għandu jagħti status kwalifikat lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u lis-servizzi fiduċjarji li dan jipprovdi u jinforma lill-korp imsemmi fl-Artikolu 22(3) għall-finijiet ta’ aġġornament tal-listi affidabbli msemmija fl-Artikolu 22(1), sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara n-notifika f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-verifika ma tiġix konkluża fi żmien tliet xhur min-notifika, il-korp superviżorju għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u jispeċifika r-raġunijiet għad-dewmien u l-perjodu li fih għandha tiġi konkluża l-verifika. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|