+Artikolu 21 introduzzjoni ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
|
Artikolu 21 introduzzjoni ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1.
|
Fejn il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji jkollhom l-intenzjoni li jibdew jipprovdu servizz fiduċjarju kwalifikat, huma għandhom jinnotifikaw lill-korp superviżorju bl-intenzjoni tagħhom flimkien ma’ rapport ta’ valutazzjoni tal-konformità maħruġ minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jikkonferma li r-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u fl-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555 ġew issodisfati.
|
|
Artikolu 21 2.
|
Il-korp superviżorju għandu jivverifika jekk il-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji pprovduti minnu jikkonformawx mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament u, b’mod partikolari, mar-rekwiżiti għall-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji u għas-servizzi fiduċjarji kwalifikati li dawn jipprovdu. Sabiex tiġi vverifikata l-konformità tal-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, il-korp superviżorju għandu jitlob lill-awtoritajiet kompetenti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) ta’ dik id-Direttiva biex iwettqu azzjonijiet superviżorji f’dak ir-rigward u biex jipprovdu informazzjoni dwar l-eżitu mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien xahrejn minn meta tasal dik it-talba. Jekk il-verifika ma tiġix konkluża fi żmien xahrejn min-notifika, dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-korp superviżorju fejn jispeċifikaw ir-raġunijiet tad-dewmien u l-perjodu li fih għandha tiġi konkluża l-verifika. Meta l-korp superviżorju jikkonkludi li l-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji pprovduti minnu jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, il-korp superviżorju għandu jagħti status kwalifikat lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u lis-servizzi fiduċjarji li dan jipprovdi u jinforma lill-korp imsemmi fl-Artikolu 22(3) għall-finijiet ta’ aġġornament tal-listi affidabbli msemmija fl-Artikolu 22(1), sa mhux aktar tard minn tliet xhur wara n-notifika f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Meta l-verifika ma tiġix konkluża fi żmien tliet xhur min-notifika, il-korp superviżorju għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u jispeċifika r-raġunijiet għad-dewmien u l-perjodu li fih għandha tiġi konkluża l-verifika.
|
|
Artikolu 21 3.
|
Il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati jistgħu jibdew jipprovdu servizzi fiduċjarji kwalifikati wara li l-istatus kwalifikat ikun ġie indikat fil-listi msemmija fl-Artikolu 22(1).
|
|
Artikolu 21 4.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-formati u l-proċeduri tan-notifika u l-verifika għall-finijiet tal-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|