|
+Artikolu 24 1a. |
Artikolu 24 1a.Il-verifika tal-identità msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq, b’mezzi xierqa, mill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji, jew direttament jew permezz ta’ parti terza, abbażi ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin jew ta’ taħlita tagħhom meta jkun meħtieġ,f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1c:
(a)
permezz tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali jew mezz ta’ identifikazzjoni elettronika notifikat li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8 fir-rigward tal-livell ta’ assigurazzjoni għoli;
(b)
permezz ta’ ċertifikat ta’ firma elettronika kwalifikata jew ta’ siġill elettroniku kwalifikat maħruġ f’konformità mal-punt (a), (c) jew (d);
(c)
bl-użu ta’ metodi ta’ identifikazzjoni oħra li jiżguraw l-identifikazzjoni tal-persuna b’livell għoli ta’ fiduċja, li l-konformità tagħhom għandha tiġi kkonfermata minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità;
(d)
permezz tal-preżenza fiżika tal-persuna fiżika jew ta’ rappreżentant awtorizzat tal-persuna ġuridika, permezz ta’ evidenza xierqa, proċeduri, f’konformità mad-dritt nazzjonali; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|