+Artikolu 24 Rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 1a.
---+Artikolu 24 1b.
---+Article 24 1c.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 4a.
---+Artikolu 24 4b.
---+Artikolu 24 5.
|
Artikolu 24 Rekwiżiti għall-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Meta joħroġ ċertifikat kwalifikat jew attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi, fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji għandu jivverifika l-identità u, jekk ikun applikabbli, kwalunkwe attribut speċifiku tal-persuna fiżika jew ġuridika li lilha jkun ser jinħareġ iċ-ċertifikat kwalifikat jew l-attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi.
|
|
Artikolu 24 1a.
|
Il-verifika tal-identità msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq, b’mezzi xierqa, mill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji, jew direttament jew permezz ta’ parti terza, abbażi ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin jew ta’ taħlita tagħhom meta jkun meħtieġ,f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1c:
(a)
permezz tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali jew mezz ta’ identifikazzjoni elettronika notifikat li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8 fir-rigward tal-livell ta’ assigurazzjoni għoli;
(b)
permezz ta’ ċertifikat ta’ firma elettronika kwalifikata jew ta’ siġill elettroniku kwalifikat maħruġ f’konformità mal-punt (a), (c) jew (d);
(c)
bl-użu ta’ metodi ta’ identifikazzjoni oħra li jiżguraw l-identifikazzjoni tal-persuna b’livell għoli ta’ fiduċja, li l-konformità tagħhom għandha tiġi kkonfermata minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità;
(d)
permezz tal-preżenza fiżika tal-persuna fiżika jew ta’ rappreżentant awtorizzat tal-persuna ġuridika, permezz ta’ evidenza xierqa, proċeduri, f’konformità mad-dritt nazzjonali;
|
|
Artikolu 24 1b.
|
Il-verifika tal-attributi msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq, b’mezzi xierqa, mill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji, jew direttament jew permezz ta’ parti terza, abbażi ta’ wieħed mill-metodi li ġejjin jew, fejn meħtieġ, ta’ taħlita tagħhom,f’konformità mal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1c:
(a)
permezz tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali jew mezz ta’ identifikazzjoni elettronika notifikat li jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8 fir-rigward tal-livell ta’ assigurazzjoni għoli;
(b)
permezz ta’ ċertifikat ta’ firma elettronika kwalifikata jew ta’ siġill elettroniku kwalifikat maħruġ f’konformità mal-paragrafu 1a, il-punt (a), (c) jew (d);
(c)
permezz ta’ attestazzjoni elettronika kwalifikata tal-attributi;
(d)
bl-użu ta’ metodi oħra li jiżguraw il-verifika tal-attributi b’livell għoli ta’ fiduċja, li l-konformità tagħhom għandha tiġi kkonfermata minn korp tal-valutazzjoni tal-konformità;
(e)
permezz tal-preżenza fiżika tal-persuna fiżika jew ta’ rappreżentant awtorizzat tal-persuna ġuridika, permezz ta’ evidenza u proċeduri xierqa, f’konformità mad-dritt nazzjonali.
|
|
Article 24 1c.
|
By 21 May 2025, the Commission shall, by means of implementing acts, establish a list of reference standards and, where necessary, establish specifications and procedures for the verification of identity and attributes in accordance with paragraphs 1, 1a and 1b of this Article. Those implementing acts shall be adopted in accordance with the examination procedure referred to in Article 48(2).
|
|
Artikolu 24 2.
|
Fornitur ta’ servizzi fiduċjarju kwalifikat li jipprovdi servizzi fiduċjarji kwalifikati għandu:
▼M2
(a)
jinforma lill-korp superviżorju mill-inqas xahar qabel ma jimplimenta kwalunkwe bidla fil-forniment tas-servizzi fiduċjarji kwalifikati tiegħu jew mill-inqas tliet xhur f’każ ta’ intenzjoni li jwaqqaf dawk l-attivitajiet;
▼B
(b)
jimpjega persunal u, jekk applikabbli, subkuntratturi li jkollhom il-kompetenza esperta, l-affidabbiltà, l-esperjenza, u l-kwalifiki meħtieġa u li jkunu rċevew taħriġ adatt rigward ir-regoli dwar is-sigurtà u l-protezzjoni ta’ data personali u għandu japplika proċeduri amministrattivi u ta’ ġestjoni, li jikkorrispondu ma’ standards Ewropej jew internazzjonali;
(c)
fir-rigward tar-riskju ta’ responsabbiltà għal ħsara f’konformità mal-Artikolu 13, iżomm riżorsi finanzjarji suffiċjenti u/jew jikseb assigurazzjoni adatta fuq ir-responsabbiltà, f’konformità mal-liġi nazzjonali;
▼M2
(d)
qabel jidħol f’relazzjoni kuntrattwali, jinforma, b’mod ċar, komprensiv u aċċessibbli faċilment, fi spazju aċċessibbli għall-pubbliku u individwalment, lil kwalunkwe persuna li tkun qed tfittex li tuża servizz fiduċjarju kwalifikat dwar it-termini u l-kundizzjonijiet preċiżi rigward l-użu ta’ dak is-servizz, inkluż kwalunkwe limitazzjoni fuq l-użu tiegħu;
(e)
juża sistemi u prodotti affidabbli li jkunu protetti kontra modifiki u jiżgura s-sigurtà teknika u l-affidabbiltà tal-proċessi appoġġati minnhom, inkluż l-użu ta’ tekniki kriptografiċi xierqa;
▼B
(f)
juża sistemi affidabbli biex jaħżen d-data mogħtija lilu, f’forma verifikabbli sabiex:
(i)
din tkun disponibbli pubblikament għal irkupru biss fejn ikun inkiseb il-kunsens tal-persuna li dik id-data tkun relatata magħha,
(ii)
il-persuni awtorizzati biss ikunu jistgħu jdaħħlu entrati u bidliet fid-data maħżuna,
(iii)
id-data tkun tista’ tiġi vverifikata għall-awtentiċità;
▼M2
(fa)
minkejja l-Artikolu 21 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, ikollu politiki xierqa u jieħu miżuri korrispondenti biex jiġġestixxi riskji legali, kummerċjali, operazzjonali u riskji diretti jew indiretti oħra għall-forniment tas-servizz fiduċjarju kwalifikat, inkluż mill-inqas miżuri relatati ma’ dawn li ġejjin:
(i)
proċeduri ta’ reġistrazzjoni u ta’ onboarding għal servizz;
(ii)
kontrolli proċedurali jew amministrattivi;
(iii)
il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tas-servizzi;
(fb)
jinnotifika lill-korp superviżorju, lill-individwi milquta identifikabbli, lill-korpi kompetenti rilevanti oħra fejn applikabbli u, fuq talba tal-korp superviżorju, lill-pubbliku jekk dan ikun fl-interess pubbliku, bi kwalunkwe ksur tas-sigurtà jew tfixkil fil-forniment tas-servizz jew fl-implimentazzjoni tal-miżuri msemmija fil-punt (fa)(i), (ii) or (iii), li jkollhom impatt sinifikanti fuq is-servizz fiduċjarju pprovdut jew fuq id-data personali miżmuma fih, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa mill-inċident;
▼M2
(g)
jieħu miżuri xierqa kontra l-falsifikazzjoni, is-serq jew il-miżapproprjazzjoni tad-data jew kontra min, mingħajr dritt, iħassar id-data, jibdilha jew jagħmilha inaċċessibbli;
(h)
jirreġistra u jżomm aċċessibbli sakemm ikun meħtieġ wara li l-attivitajiet tal-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji jkunu waqfu, kull informazzjoni rilevanti dwar data maħruġa u riċevuta mill-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji, b’mod partikolari għall-fini li tiġi pprovduta evidenza fi proċedimenti legali u għall-fini li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz. Din ir-reġistrazzjoni tista’ ssir b’mod elettroniku;
(i)
ikollu pjan ta’ terminazzjoni aġġornat sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz f’konformità mad-dispożizzjonijiet li huma vverifikati mill-korp superviżorju skont l-Artikolu 46b(4), il-punt (i);
▼M2 —————
▼B
(k)
fil-każ ta’ fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li joħorġu ċertifikati kwalifikati, jistabbilixxu u jżommu aġġornata bażi ta’ data taċ-ċertifikati.
Il-korp superviżorju jista’ jitlob informazzjoni minbarra l-informazzjoni notifikata skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu jew ir-riżultat ta’ valutazzjoni tal-konformità u jista’ jikkondizzjona l-għoti tal-permess biex jimplimenta l-bidliet maħsuba għas-servizzi fiduċjarji kwalifikati. Jekk il-verifika ma tiġix konkluża fi żmien tliet xhur min-notifika, il-korp superviżorju għandu jinforma lill-fornitur ta’ servizzi fiduċjarji u jispeċifika r-raġunijiet għad-dewmien u l-perjodu li fih għandha tiġi konkluża l-verifika.
|
|
Artikolu 24 3.
|
Jekk fornitur ta’ servizz fiduċjarju kwalifikat li joħroġ ċertifikati kwalifikati jiddeċiedi li jirrevoka ċertifikat, huwa għandu jirreġistra tali revoka fil-bażi ta’ data taċ-ċertifikati tiegħu u jippubblikaw l-istatus ta’ revoka taċ-ċertifikat mingħajr dewmien, u fi kwalunkwe każ fi żmien 24 siegħa wara l-wasla tat-talba. Ir-revoka għandha ssir effettiva immedjatament mal-pubblikazzjoni tagħha.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Fir-rigward tal-paragrafu 3, il-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji kwalifikati li joħorġu ċertifikati kwalifikati għandhom jipprovdu lil kwalunkwe parti dipendenti informazzjoni dwar l-istatus ta’ validità jew ta’ revoka ta’ ċertifikati kwalifikati maħruġa minnhom. Din l-informazzjoni għandha tkun disponibbli tal-anqas fuq bażi ta’ ċertifikat fi kwalunkwe ħin u wara l-perijodu ta’ validità taċ-ċertifikat b’mod awtomatizzat li jkun affidabbli, mingħajr ħlas u effiċjenti.
|
|
Artikolu 24 4a.
|
Il-paragrafi 3 u 4 għandhom japplikaw kif xieraq għar-revoka tal-attestazzjonijiet elettroniċi kwalifikati tal-attributi.
|
|
Artikolu 24 4b.
|
Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 47, li jistabbilixxu miżuri addizzjonali msemmija fil-paragrafu 2, il-punt (fa), ta’ dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 24 5.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2025, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ standards ta’ referenza u, fejn neċessarju, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet u proċeduri għar-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan il-paragrafu meta dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri jiġu ssodisfati. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|