+Artikolu 45j Rekwiżiti għal servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat
---+Artikolu 45j 1.
---+Artikolu 45j 2.
|
Artikolu 45j Rekwiżiti għal servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 45j 1.
|
Is-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
jiġu pprovduti minn fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji;
(b)
jużaw proċeduri u teknoloġiji li kapaċi jiżguraw id-durabbiltà u l-leġibbiltà ta’ data elettronika u dokumenti elettroniċi lil hinn mill-perjodu ta’ validità teknoloġika u mill-inqas matul il-perjodu ta’ preservazzjoni legali jew kuntrattwali, filwaqt li jżommu l-integrità u l-preċiżjoni tal-oriġini tagħhom;
(c)
jiżguraw li dik id-data elettronika u dawk id-dokumenti elettroniċi jiġu ppreservati b’tali mod li tiġi salvagwardata mit-telf u l-alterazzjoni, ħlief għal bidliet li jikkonċernaw il-mezz jew il-format elettroniku tagħha;
(d)
għandhom jippermettu lill-partijiet dipendenti awtorizzati jirċievu rapport b’mod awtomatizzat li jikkonferma li data elettronika u dokumenti elettroniċi miksuba minn arkivju elettroniku kwalifikat tgawdi l-preżunzjoni tal-integrità tad-data mill-bidu tal-perjodu ta’ preservazzjoni sal-mument tal-irkupru.
Dak ir-rapport imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprovdut b’mod affidabbli u effiċjenti u għandu jkollu l-firma elettronika kwalifikata jew is-siġill elettroniku kwalifikat tal-fornitur tas-servizz ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat.
|
|
Artikolu 45j 2.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2025, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta’ standards ta’ referenza u, fejn neċessarju, tistabbilixxi speċifikazzjonijiet u proċeduri għas-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat. Għandu jitqies li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti għal servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat meta servizz ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat jikkonforma ma’ dawk l-istandards, l-ispeċifikazzjonijiet u l-proċeduri. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|