|
+Artikolu 45j 1. |
Artikolu 45j 1.Is-servizzi ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
jiġu pprovduti minn fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji;
(b)
jużaw proċeduri u teknoloġiji li kapaċi jiżguraw id-durabbiltà u l-leġibbiltà ta’ data elettronika u dokumenti elettroniċi lil hinn mill-perjodu ta’ validità teknoloġika u mill-inqas matul il-perjodu ta’ preservazzjoni legali jew kuntrattwali, filwaqt li jżommu l-integrità u l-preċiżjoni tal-oriġini tagħhom;
(c)
jiżguraw li dik id-data elettronika u dawk id-dokumenti elettroniċi jiġu ppreservati b’tali mod li tiġi salvagwardata mit-telf u l-alterazzjoni, ħlief għal bidliet li jikkonċernaw il-mezz jew il-format elettroniku tagħha;
(d)
għandhom jippermettu lill-partijiet dipendenti awtorizzati jirċievu rapport b’mod awtomatizzat li jikkonferma li data elettronika u dokumenti elettroniċi miksuba minn arkivju elettroniku kwalifikat tgawdi l-preżunzjoni tal-integrità tad-data mill-bidu tal-perjodu ta’ preservazzjoni sal-mument tal-irkupru. Dak ir-rapport imsemmi fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu għandu jiġi pprovdut b’mod affidabbli u effiċjenti u għandu jkollu l-firma elettronika kwalifikata jew is-siġill elettroniku kwalifikat tal-fornitur tas-servizz ta’ arkivjar elettroniku kwalifikat. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|