+Artikolu 46b Superviżjoni tas-servizzi fiduċjarji
---+Artikolu 46b 1.
---+Artikolu 46b 2.
---+Artikolu 46b 3.
---+Artikolu 46b 4.
---+Artikolu 46b 5.
---+Artikolu 46b 6.
---+Artikolu 46b 7.
|
Artikolu 46b Superviżjoni tas-servizzi fiduċjarji
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46b 1.
|
L-Istati Membri għandhom jaħtru korp superviżorju stabbilit fit-territorju tagħhom jew jaħtru, bi ftehim reċiproku ma’ Stat Membru ieħor, korp superviżorju stabbilit f’dak l-Istat Membru l-ieħor. Dak il-korp superviżorju għandu jkun responsabbli għall-kompiti superviżorji fl-Istat Membru li jinnomina fir-rigward ta’ servizzi fiduċjarji. Il-korpi superviżorji maħtura skont l-ewwel subparagrafu għandhom jingħataw is-setgħat neċessarji u riżorsi adegwati għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.
|
|
Artikolu 46b 2.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-ismijiet u l-indirizzi tal-korpi superviżorji tagħhom maħtura skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe bidla sussegwenti fihom. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista tal-korpi superviżorji notifikati.
|
|
Artikolu 46b 3.
|
Ir-rwol tal-korpi superviżorji maħtura skont il-paragrafu 1 għandu jkun:
(a)
li jwettqu superviżjoni tal-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru u jiżguraw, permezz ta’ attivitajiet superviżorji ex ante u ex post, li dawk il-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji u s-servizzi fiduċjarji kwalifikati li huma jipprovdu jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(b)
li jieħdu azzjoni, jekk ikun meħtieġ, fir-rigward ta’ fornituri mhux kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji stabbiliti fit-territorju tal-Istat Membru li jinnomina, permezz ta’ attivitajiet superviżorji ex post, meta jiġu infurmati li dawk il-fornituri mhux kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji jew is-servizzi fiduċjarji li huma jipprovdu allegatament ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 46b 4.
|
Il-kompiti tal-korp superviżorju maħtur skont il-paragrafu 1 għandhom jinkludu b’mod partikolari dan li ġej:
(a)
li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti maħtura jew stabbiliti skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Istati Membri kkonċernati dwar kwalunkwe ksur sinifikanti tas-sigurtà jew telf ta’ integrità li jsir jaf bih fit-twettiq tal-kompiti tiegħu u, fil-każ ta’ ksur sinifikanti tas-sigurtà jew telf ta’ integrità li jikkonċerna Stati Membri oħra, jinforma lill-punt uniku ta’ kuntatt maħtur jew stabbilit skont l-Artikolu 8(3) tad-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Istat Membru kkonċernat u l-punti uniċi ta’ kuntatt maħtura skont l-Artikolu 46c(1) ta’ dan ir-Regolament fl-Istati Membri l-oħra kkonċernati, u jinforma lill-pubbliku jew jitlob lill-fornitur tas-servizzi fiduċjarji jagħmel dan meta l-korp superviżorju jiddetermina li l-iżvelar tal-ksur tas-sigurtà jew telf ta’ integrità jkun fl-interess pubbliku;
(b)
li jikkooperaw ma’ korpi superviżorji oħra u jipprovdulhom assistenza f’konformità mal-Artikoli 46c u 46e;
(c)
li janalizza r-rapporti dwar il-valutazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 20(1) u l-Artikolu 21(1);
(d)
li jirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet prinċipali tiegħu f’konformità mal-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu;
(e)
li jwettaq awditi jew jitlob lil korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jwettaq valutazzjoni tal-konformità tal-fornituri kwalifikati ta’ servizzi fiduċjarji f’konformità mal-Artikolu 20(2);
(f)
li jikkoopera mal-awtoritajiet superviżorji kompetenti stabbiliti skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679, b’mod partikolari, billi jinfurmahom, mingħajr dewmien żejjed, fejn ikun jidher li jkunu nkisru r-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali u dwar ksur ta’ sigurtà li jidher li jikkostitwixxi ksur ta’ data personali;
(g)
li jagħti l-istatus kwalifikat lill-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji u lis-servizzi li huma jipprovdu u jirtira dak l-istatus f’konformità mal-Artikoli 20 u 21;
(h)
li jinforma lill-korp responsabbli għal-lista affidabbli nazzjonali msemmija fl-Artikolu 22(3) dwar id-deċiżjonijiet tiegħu li jagħti jew jirtira l-istatus kwalifikat, għajr jekk dak il-korp ikun ukoll il-korp superviżorju maħtur skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu;
(i)
li jivverifika l-eżistenza u l-applikazzjoni korretta tad-dispożizzjonijiet dwar pjanijiet ta’ terminazzjoni fejn il-fornitur kwalifikat ta’ servizzi fiduċjarji jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu, inkluż kif l-informazzjoni tinżamm aċċessibbli f’konformità mal-Artikolu 24(2), il-punt (h);
(j)
li jirrikjedi li l-fornituri ta’ servizzi fiduċjarji jirrimedjaw kwalunkwe nuqqas milli jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament;
(k)
li jinvestiga dikjarazzjonijiet magħmula minn fornituri tal-browsers tal-web skont l-Artikolu 45a u li jieħu azzjoni jekk ikun meħtieġ.
|
|
Artikolu 46b 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li korp superviżorju maħtur skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jistabbilixxi, iżomm u jaġġorna infrastruttura fiduċjarja f’konformità mal-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 46b 6.
|
Sal-31 ta’ Marzu ta’ kull sena, kull korp superviżorju maħtur skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jippreżenta lill-Kummissjoni rapport dwar l-attivitajiet ewlenin tiegħu matul is-sena kalendarja preċedenti. Il-Kummissjoni għandha tagħmel dawk ir-rapporti annwali disponibbli għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill.
|
|
Artikolu 46b 7.
|
Sal-21 ta’ Mejju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta linji gwida dwar l-eżerċizzju mill-korpi superviżorji maħtura skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tal-kompiti msemmija fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, u, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tistabbilixxi l-formati u l-proċeduri għar-rapport imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 48(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0910
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|