|
+ANNESS II |
ANNESS II
ANNESS II REKWIŻITI GĦAL APPARAT KWALIFIKAT GĦALL-ĦOLQIEN TA’ FIREM ELETTRONIĊI 1. Apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi għandu jiżgura, b’mezzi tekniċi u proċedurali adatti, li tal-anqas:
(a)
tkun żgurata raġonevolment il-kunfidenzjalità tad-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi użata għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi;
(b)
id-data tal-ħolqien ta’ firem użata għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi tkun tista’ sseħħ prattikament darba biss;
(c)
id-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi użata għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi ma tistax, bi żgurar raġonevoli, tinkiseb u l-firma elettronika tkun protetta b’mod affidabbli kontra l-falsifikazzjoni bl-użu ta’ teknoloġija disponibbli attwalment;
(d)
id-data tal-ħolqien ta’ firem elettroniċi użata għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi tista’ tkun protetta b’mod affidabbli mill-firmatarju leġittimu kontra l-użu minn persuni oħrajn. 2. Apparat kwalifikat għall-ħolqien ta’ firem elettroniċi ma għandux ibiddel id-data li għandha tiġi ffirmata jew jipprevjeni data bħal din milli tiġi ppreżentata lill-firmatarju qabel il-proċess tal-firma. ▼M2 ————— 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|