+Artikolu 4 Kamp ta’ applikazzjoni personali
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.

Artikolu 4 Kamp ta’ applikazzjoni personali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.

Din id-Direttiva għandha tapplika għall-persuni li jaħdmu fis-settur privat jew dak pubbliku li jirrapportaw li kisbu informazzjoni dwar ksur f’kuntest relatat max-xogħol inkluż, mill-inqas, dawn li ġejjin:

(a) 

persuni li għandhom l-istatus ta’ ħaddiema, skont it-tifsira tal-Artikolu 45(1) TFUE, inkluż l-impjegati maċ-ċivil;

(b) 

persuni li għandhom l-istatus ta’ ħaddiema għal rashom, skont it-tifsira tal-Artikolu 49 TFUE;

(c) 

azzjonisti u -persuni li jagħmlu parti mill-korp amministrattiv, tal-maniġment jew ta’ sorveljanza ta’ intrapriża, inkluż membri mhux eżekuttivi, kif ukoll voluntiera u apprendisti imħallsin u mhux imħallsin;

(d) 

kwalunkwe persuna li taħdem taħt is-superviżjoni u d-direzzjoni ta’ kuntratturi, sottokuntratturi u fornituri.

Artikolu 4 2.
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-persuni li jirrapportaw fejn jirrapportaw jew jiżvelaw pubblikament informazzjoni dwar ksur li tkun inkisbet matul relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol li sadanittant tkun intemmet.
Artikolu 4 3.
Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għall-persuni li jirrapportaw li r-relazzjoni bbażata fuq ix-xogħol tagħhom għadha ser tibda f’każijiet fejn l-informazzjoni dwar ksur inkisbet matul il-proċess ta’ reklutaġġ jew waqt negozjati prekuntrattwali oħrajn.
Artikolu 4 4.

Il-miżuri għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw stabbiliti fil-Kapitolu VI għandhom japplikaw ukoll, fejn rilevanti, għal:

(a) 

faċilitaturi;

(b) 

persuni terzi li huma konnessi mal-persuni li jirrapportaw u li jistgħu jsofru ritaljazzjoni f’kuntest relatat max-xogħol, bħal kollegi jew qraba tal-persuni li jirrapportaw; u

(c) 

entitajiet ġuridiċi li jappartjenu għall-persuni li jirrapportaw, li jaħdmu għalihom jew li jkunu konnessi magħhom b’mod ieħor f’kuntest relatat max-xogħol.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.