+KAPITOLU I KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KONDIZZJONIJIET GĦALL-PROTEZZJONI
---+Artikolu 1 Skop
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni materjali
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
---+Artikolu 3 Relazzjoni ma’ atti oħrajn tal-Unjoni u dispożizzjonijiet nazzjonali
------+Artikolu 3 1.
------+Artikolu 3 2.
------+Artikolu 3 3.
------+Artikolu 3 4.
---+Artikolu 4 Kamp ta’ applikazzjoni personali
------+Artikolu 4 1.
------+Artikolu 4 2.
------+Artikolu 4 3.
------+Artikolu 4 4.
---+Artikolu 5 Definizzjonijiet
---+Artikolu 6 Kondizzjonijiet għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw
------+Artikolu 6 1.
------+Artikolu 6 2.
------+Artikolu 6 3.
------+Artikolu 6 4.

KAPITOLU I KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KONDIZZJONIJIET GĦALL-PROTEZZJONI

KAPITOLU I KAMP TA’ APPLIKAZZJONI, DEFINIZZJONIJIET U KONDIZZJONIJIET GĦALL-PROTEZZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Skop

Artikolu 1

Skop

L-iskop ta’ din id-Direttiva huwa li jittejjeb l-infurzar tal-liġi u l-politiki tal-Unjoni f’oqsma speċifiċi billi jiġu stabbiliti standards minimi komuni li jipprevedu protezzjoni ta’ livell għoli għal persuni li jirrapportaw ksur tal-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni materjali
Artikolu 3 Relazzjoni ma’ atti oħrajn tal-Unjoni u dispożizzjonijiet nazzjonali
Artikolu 4 Kamp ta’ applikazzjoni personali
Artikolu 5 Definizzjonijiet

Artikolu 5

Definizzjonijiet

Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“ksur” tfisser atti jew ommissjonijiet li:

(i) 

ikunu illegali u li jkunu marbuta mal-atti tal-Unjoni u l-oqsma li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali msemmi fl-Artikolu 2; jew

(ii) 

imorru kontra l-objettiv jew l-iskop tar-regoli previsti fl-atti tal-Unjoni u l-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni materjali msemmi fl-Artikolu 2;

(2) 

“informazzjoni dwar il-ksur” tfisser informazzjoni, inklużi suspetti raġonevoli, dwar ksur reali jew potenzjali, li seħħ jew li hemm possibbiltà kbira li jseħħ fl-organizzazzjoni li fiha taħdem jew ħadmet il-persuna li tirrapporta jew f’organizzazzjoni oħra li magħha l-persuna li tirrapporta tkun jew kienet f’kuntatt permezz tax-xogħol tagħha, u dwar tentattivi biex jinħeba tali ksur;

(3) 

“rapport” jew “rapportar” tfisser, komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ta’ informazzjoni dwar ksur;

(4) 

“rapportar intern” tfisser il-komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ta’ informazzjoni dwar ksur fi ħdan entità ġuridika fis-settur privat jew dak pubbliku;

(5) 

“rapportar estern” tfisser il-komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ta’ informazzjoni dwar ksur lill-awtoritajiet kompetenti;

(6) 

“żvelar pubbliku” jew “żvelar pubblikament” tfisser li l-informazzjoni ta’ ksur issir disponibbli fid-dominju pubbliku;

(7) 

“persuna li tirrapporta” tfisser persuna fiżika li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni pubblikament dwar ksur miksuba fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħha;

(8) 

“faċilitatur” tfisser persuna fiżika li tassisti lil persuna li tirrapporta fil-proċess ta’ rapportar f’kuntest relatat max-xogħol, u li l-assistenza tagħha jenħtieġ li tkun kunfidenzjali;

(9) 

“kuntest relatat max-xogħol” tfisser attivitajiet ta’ xogħol attwali jew preċedenti fis-settur pubbliku jew privat li permezz tagħhom, irrispettivament min-natura ta’ dawk l-attivitajiet, persuni jiksbu informazzjoni dwar ksur u li fihom dawk il-persuni jistgħu jsofru ritaljazzjoni jekk ikunu rrapportaw tali informazzjoni.

(10) 

“persuna kkonċernata” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija msemmija fir-rapport jew fl-iżvelar pubbliku bħala persuna li għamlet il-ksur jew li magħha hija assoċjata dik il-persuna;

(11) 

“ritaljazzjoni” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni diretta jew indiretta li sseħħ f’kuntest relatat max-xogħol, hija mqanqla mir-rapportar intern jew estern jew minn żvelar pubbliku, u li tikkawża jew tista’ tikkawża detriment mhux ġustifikat lill-persuna li tirrapporta;

(12) 

“segwitu” tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda minn dak li jirċievi rapport, jew kwalunkwe awtorità kompetenti, biex tivvaluta l-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u, fejn rilevanti, biex tindirizza l-ksur irrapportat, inkluż permezz ta’ azzjonijiet bħal inkjesta interna, investigazzjoni, prosekuzzjoni, azzjoni għall-irkupru ta’ fondi, jew l-għeluq tal-proċedura;

(13) 

“rispons” tfisser il-forniment lill-persuna li tirrapporta ta’ informazzjoni dwar l-azzjoni prevista jew meħuda bħala segwitu u dwar ir-raġunijiet għal tali segwitu;

(14) 

“awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali li tinħatar biex tirċievi rapporti f’konformità mal-Kapitolu III u li tagħti rispons lill-persuna li tirrapporta u/jew li tinħatar biex twettaq il-kompiti previsti f’din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tas-segwitu.

Artikolu 6 Kondizzjonijiet għall-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.