|
+Artikolu 5 Definizzjonijiet |
Artikolu 5 DefinizzjonijietArtikolu 5 Definizzjonijiet Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“ksur” tfisser atti jew ommissjonijiet li:
(i)
ikunu illegali u li jkunu marbuta mal-atti tal-Unjoni u l-oqsma li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni materjali msemmi fl-Artikolu 2; jew
(ii)
imorru kontra l-objettiv jew l-iskop tar-regoli previsti fl-atti tal-Unjoni u l-oqsma li jaqgħu fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni materjali msemmi fl-Artikolu 2;
(2)
“informazzjoni dwar il-ksur” tfisser informazzjoni, inklużi suspetti raġonevoli, dwar ksur reali jew potenzjali, li seħħ jew li hemm possibbiltà kbira li jseħħ fl-organizzazzjoni li fiha taħdem jew ħadmet il-persuna li tirrapporta jew f’organizzazzjoni oħra li magħha l-persuna li tirrapporta tkun jew kienet f’kuntatt permezz tax-xogħol tagħha, u dwar tentattivi biex jinħeba tali ksur;
(3)
“rapport” jew “rapportar” tfisser, komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ta’ informazzjoni dwar ksur;
(4)
“rapportar intern” tfisser il-komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ta’ informazzjoni dwar ksur fi ħdan entità ġuridika fis-settur privat jew dak pubbliku;
(5)
“rapportar estern” tfisser il-komunikazzjoni bil-fomm jew bil-miktub ta’ informazzjoni dwar ksur lill-awtoritajiet kompetenti;
(6)
“żvelar pubbliku” jew “żvelar pubblikament” tfisser li l-informazzjoni ta’ ksur issir disponibbli fid-dominju pubbliku;
(7)
“persuna li tirrapporta” tfisser persuna fiżika li tirrapporta jew tiżvela informazzjoni pubblikament dwar ksur miksuba fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħha;
(8)
“faċilitatur” tfisser persuna fiżika li tassisti lil persuna li tirrapporta fil-proċess ta’ rapportar f’kuntest relatat max-xogħol, u li l-assistenza tagħha jenħtieġ li tkun kunfidenzjali;
(9)
“kuntest relatat max-xogħol” tfisser attivitajiet ta’ xogħol attwali jew preċedenti fis-settur pubbliku jew privat li permezz tagħhom, irrispettivament min-natura ta’ dawk l-attivitajiet, persuni jiksbu informazzjoni dwar ksur u li fihom dawk il-persuni jistgħu jsofru ritaljazzjoni jekk ikunu rrapportaw tali informazzjoni.
(10)
“persuna kkonċernata” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li hija msemmija fir-rapport jew fl-iżvelar pubbliku bħala persuna li għamlet il-ksur jew li magħha hija assoċjata dik il-persuna;
(11)
“ritaljazzjoni” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni diretta jew indiretta li sseħħ f’kuntest relatat max-xogħol, hija mqanqla mir-rapportar intern jew estern jew minn żvelar pubbliku, u li tikkawża jew tista’ tikkawża detriment mhux ġustifikat lill-persuna li tirrapporta;
(12)
“segwitu” tfisser kwalunkwe azzjoni meħuda minn dak li jirċievi rapport, jew kwalunkwe awtorità kompetenti, biex tivvaluta l-preċiżjoni tal-allegazzjonijiet magħmulin fir-rapport u, fejn rilevanti, biex tindirizza l-ksur irrapportat, inkluż permezz ta’ azzjonijiet bħal inkjesta interna, investigazzjoni, prosekuzzjoni, azzjoni għall-irkupru ta’ fondi, jew l-għeluq tal-proċedura;
(13)
“rispons” tfisser il-forniment lill-persuna li tirrapporta ta’ informazzjoni dwar l-azzjoni prevista jew meħuda bħala segwitu u dwar ir-raġunijiet għal tali segwitu;
(14)
“awtorità kompetenti” tfisser kwalunkwe awtorità nazzjonali li tinħatar biex tirċievi rapporti f’konformità mal-Kapitolu III u li tagħti rispons lill-persuna li tirrapporta u/jew li tinħatar biex twettaq il-kompiti previsti f’din id-Direttiva, b’mod partikolari fir-rigward tas-segwitu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|