+Artikolu 8 Obbligu li jiġu stabbiliti kanali ta’ rapportar interni
---+Artikolu 8 1.
---+Artikolu 8 2.
---+Artikolu 8 3.
---+Artikolu 8 4.
---+Artikolu 8 5.
---+Artikolu 8 6.
---+Artikolu 8 7.
---+Artikolu 8 8.
---+Artikolu 8 9.
|
Artikolu 8 Obbligu li jiġu stabbiliti kanali ta’ rapportar interni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 8 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat u dak pubbliku jistabbilixxu kanali u proċeduri għar-rapportar intern u għas-segwitu, wara konsultazzjoni mas-sħab soċjali u bi ftehim magħhom fejn previst mil-liġi nazzjonali.
|
|
Artikolu 8 2.
|
Il-kanali u proċeduri msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom jippermettu lill-ħaddiema tal-entità sabiex jirrapportaw informazzjoni dwar ksur. Jistgħu jippermettu persuni oħra, imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(2), li huma f’kuntatt mal-entità fil-kuntest tal-attivitajiet relatati max-xogħol tagħhom sabiex ukoll jirrapportaw informazzjoni dwar ksur.
|
|
Artikolu 8 3.
|
Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat b’50 ħaddiem jew aktar.
|
|
Artikolu 8 4.
|
Il-limitu stabbilit fil-paragrafu 3 ma għandux japplika għall-entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-atti tal-Unjoni msemmija fil-Partijiet I.B u II tal-Anness.
|
|
Artikolu 8 5.
|
Il-kanali ta’ rapportar jistgħu jkunu operati internament minn persuna jew dipartiment maħtur għal dak il-għan jew ipprovduti esternament minn parti terza. Is-salvagwardji u r-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 9(1) għandhom japplikaw ukoll lil partijiet terzi fdati li joperaw il-kanal ta’ rapportar għal entità ġuridika fis-settur privat.
|
|
Artikolu 8 6.
|
L-entitajiet ġuridiċi fis-settur privat li għandhom bejn 50 u 249 ħaddiem jistgħu jaqsmu r-riżorsi fir-rigward tal-wasla ta’ rapporti u ta’ kwalunkwe investigazzjoni li għandha titwettaq. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi imposti fuq tali entitajiet minn din id-Direttiva li jżommu l-kunfidenzjalità, li jagħtu rispons, u li jindirizzaw il-ksur irrapportat.
|
|
Artikolu 8 7.
|
Wara valutazzjoni xierqa tar-riskju li tikkunsidra n-natura tal-attivitajiet tal-entitajiet u l-livell ta’ riskju li jirriżulta, b’mod partikolari, għall-ambjent u s-saħħa pubblika, l-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li entitajiet ġuridiċi fis-settur privat b’inqas minn 50 ħaddiem jistabbilixxu kanali u proċeduri ta’ rapportar interni f’konformità mal-Kapitolu II.
|
|
Artikolu 8 8.
|
L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni li huma jieħdu li tirrikjedi li entitajiet ġuridiċi fis-settur privat jistabbilixxu kanali ta’ rapportar interni skont il-paragrafu 7. Dik in-notifika għandha tinkludi r-raġunijiet għad-deċiżjoni u l-kriterji użati fil-valutazzjoni tar-riskju msemmi fil-paragrafu 7. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika dik id-deċiżjoni lill-Istati Membri l-oħra.
|
|
Artikolu 8 9.
|
Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-entitajiet ġuridiċi kollha fis-settur pubbliku, inkluż kwalunkwe entità li hija proprjetà ta’ jew ikkontrollata minn tali entitajiet. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mill-obbligu msemmi fil-paragrafu 1 lil muniċipalitajiet b’inqas minn 10 000 abitant jew b’inqas minn 50 ħaddiem, jew entitajiet oħra msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu b’inqas minn 50 ħaddiem. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-kanali ta’ rapportar interni jistgħu jkunu kondiviżi bejn muniċipalitajiet jew jiġu operati minn awtoritajiet muniċipali konġunti f’konformità mal-liġi nazzjonali, sakemm il-kanali ta’ rapportar interni kondiviżi jkunu distinti minn u awtonomi fir-rigward tal-kanali ta’ rapportar esterni rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|