+Artikolu 11 Obbligu li jiġu stabbiliti kanali ta’ rapportar esterni u li jingħata segwitu għar-rapporti
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.
---+Artikolu 11 5.
---+Artikolu 11 6.
|
Artikolu 11 Obbligu li jiġu stabbiliti kanali ta’ rapportar esterni u li jingħata segwitu għar-rapporti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti biex jirċievu, jagħtu rispons u segwitu għar-rapporti u għandhom jipprovdulhom ir-riżorsi adegwati.
|
|
Artikolu 11 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti:
(a)
jistabbilixxu kanali ta’ rapportar esterni indipendenti u awtonomi sabiex jirċievu u jittrattaw l-informazzjoni dwar ksur;
(b)
malajr, u fi kwalunkwe każ fi żmien sebat ijiem minn meta jasal ir-rapport, jirrikonoxxi dik il-wasla i dment li l-persuna li tirrapporta ma tkunx talbet speċifikament mod ieħor jew l-awtorità kompetenti ma għandhiex raġunijiet biex taħseb li r-rikonoxximent tal-wasla tar-rapport jippreġudika l-protezzjoni tal-identità tal-persuna li tirrapporta;
(c)
jagħtu segwitu diliġenti għar-rapporti;
(d)
jipprovdu rispons lill-persuna li tirrapporta f’perijodu ta’ żmien raġonevoli li ma jaqbiżx it-tliet xhur, jew is-sitt xhur f’każijiet debitament ġustifikati;;
(e)
jikkomunikaw lill-persuna li tirrapporta r-riżultat finali ta’ investigazzjonijiet li nbdew bħala riżultat tar-rapport, f’konformità ma’ proċeduri previsti skont il-liġi nazzjonali;
(f)
jibagħtu fiż-żmien dovut, l-informazzjoni li hemm fir-rapport lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji kompetenti tal-Unjoni, kif xieraq, għal aktar investigazzjoni, fejn dan huwa previst skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali.
|
|
Artikolu 11 3.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti, wara li jkunu vvalutaw kif xieraq il-kwistjoni, ikunu jistgħu jiddeċiedu li ksur irrapportat huwa b’mod ċar wieħed minuri u ma jirrikjedix segwitu ulterjuri skont din id-Direttiva, ħlief l-għeluq tal-proċedura. Dan ma għandux jaffettwa obbligi oħra jew proċeduri applikabbli oħrajn biex jiġi indirizzat il-ksur irrapportat, jew il-protezzjoni mogħtija minn din id-Direttiva fir-rigward ta’ rapportar intern jew estern. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-persuna li tirrapporta dwar id-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.
|
|
Artikolu 11 4.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jiddeċiedu li jagħlqu proċeduri dwar rapporti ripetittivi li ma jinkludu ebda informazzjoni sinifikanti ġdida dwar ksur meta mqabbla ma’ rapport preċedenti li fir-rigward tiegħu ikunu ġew konklużi l-proċeduri rilevanti, dment li ċirkostanzi ġodda legali jew fattwali ma jiġġustifikawx segwitu differenti. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-persuna li tirrapporta dwar id-deċiżjoni tagħhom u r-raġunijiet għaliha.
|
|
Artikolu 11 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, f’każ ta’ flussi għolja ta’ rapporti, l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jittrattaw rapporti dwar ksur serju jew ksur ta’ dispożizzjonijiet essenzjali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, bħala kwistjoni ta’ prijorità, mingħajr preġudizzju għall-perjodu ta’ żmien kif stabbilita fil-punt (d) tal-paragrafu 2.
|
|
Artikolu 11 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe awtorità li rċeviet rapport iżda li ma għandhiex il-kompetenza li tindirizza l-ksur irrapportat tittrasmettih lill-awtorità kompetenti, f’perijodu ta’ żmien raġonevoli, b’mod sikur, u li l-persuna li tirrapporta tkun informata dwar din it-trasmissjoni, mingħajr dewmien.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|