+Artikolu 12 Tfassil ta’ kanali ta’ rapportar esterni
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.

Artikolu 12 Tfassil ta’ kanali ta’ rapportar esterni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.

Il-kanali ta’ rapportar esterni għandhom ikunu kkunsidrati indipendenti u awtonomi, jekk jissodisfaw il-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

huma mfassla, stabbiliti u operati b’mod li jiżgura l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni u jipprevjeni l-aċċess għalihom minn membri tal-persunal mhux awtorizzati tal-awtorità kompetenti;

(b) 

jippermettu l-ħżin durabbli ta’ informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 18 biex jippermettu li jsiru aktar investigazzjonijiet.

Artikolu 12 2.
Il-kanali ta’ rapportar esterni għandhom jippermettu rapportar bil-miktub u bil-fomm. Rapportar bil-fomm għandu jkun possibbli permezz tat-telefon jew permezz ta’ sistemi oħra ta’ messaġġi bil-vuċi u fuq talba tal-persuna li tirrapporta, permezz ta’ laqgħa fiżika fi żmien raġonevoli.
Artikolu 12 3.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, meta rapport jasal permezz ta’ kanali oħra minbarra l-kanali ta’ rapportar imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 jew minn membri tal-persunal oħra għajr dawk responsabbli għat-trattament tar-rapporti, il-membri tal-persunal li jirċevuh huma projbiti milli jiżvelaw kwalunkwe informazzjoni li tista’ tidentifika lill-persuna li tirrapporta jew lill-persuna kkonċernata, u li huma jgħaddu minnufih ir-rapport mingħajr modifika lill-membri tal-persunal responsabbli għat-trattament tar-rapporti.
Artikolu 12 4.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jaħtru membri tal-persunal responsabbli biex jittrattaw ir-rapporti, u b’mod partikolari biex:

(a) 

jipprovdu lil kwalunkwe persuna interessata b’informazzjoni dwar il-proċeduri għar-rapportar;

(b) 

jirċievu u jagħtu segwitu għar-rapporti;

(c) 

iżommu kuntatt mal-persuna li tirrapporta bil-għan li jipprovdu rispons u jeżiġu aktar informazzjoni fejn meħtieġ.

Artikolu 12 5.
Il-membri tal-persunal imsemmija fil-paragrafu 4 għandhom jirċievu taħriġ speċifiku biex jittrattaw ir-rapporti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.