+Artikolu 13 Informazzjoni dwar il-wasla tar-rapporti u s-segwitu tagħhom

Artikolu 13 Informazzjoni dwar il-wasla tar-rapporti u s-segwitu tagħhom

Artikolu 13

Informazzjoni dwar il-wasla tar-rapporti u s-segwitu tagħhom

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fuq is-siti tal-Internet tagħhom fit-taqsima separata, faċilment identifikabbli u aċċessibbli tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) 

il-kondizzjonijiet ta’ kwalifika għal protezzjoni taħt din id-Direttiva;

(b) 

id-dettalji ta’ kuntatt għall-kanali ta’ rapportar esterni kif previst fl-Artikolu 12, b’mod partikolari l-indirizzi elettroniċi u postali, u n-numri tat-telefon għal tali kanali, filwaqt li jiġi indikat jekk il-konverżazzjonijiet telefoniċi humiex irrekordjati;

(c) 

il-proċeduri applikabbli għar-rapportar ta’ ksur, inkluż il-mod li bih l-awtorità kompetenti tista’ titlob lill-persuna li tirrapporta biex tiċċara l-informazzjoni rrapportata jew biex tipprovdi informazzjoni addizzjonali, l-iskeda ta’ żmien għall-għoti ta’ rispons u t-tip u l-kontenut ta’ tali rispons;

(d) 

ir-reġim ta’ kunfidenzjalità applikabbli għar-rapporti, u b’mod partikolari l-informazzjoni relatata mal-ipproċessar ta’ data personali f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ din id-Direttiva, l-Artikoli 5 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/679, l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2018/1725, kif applikabbli;

(e) 

in-natura tas-segwitu li għandu jingħata lir-rapporti;

(f) 

ir-rimedji u l-proċeduri għall-protezzjoni kontra r-ritaljazzjoni u d-disponibbiltà ta’ parir kunfidenzjali lill-persuni li qed jikkontemplaw li jirrapportaw;

(g) 

dikjarazzjoni li tispjega b’mod ċar il-kondizzjonijiet li skonthom persuni li jirrapportaw lill-awtorità kompetenti jkunu protetti milli jġarrbu responsabbiltà għal ksur ta’ kunfidenzjalità skont l-Artikolu 21(2); u

(h) 

dettalji ta’ kuntatt taċ-ċentru ta’ informazzjoni jew tal-awtorità amministrattiva indipendenti unika kif previst fl-Artikolu 20(3) fejn applikabbli.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.