+Artikolu 16 Dmir ta’ kunfidenzjalità
---+Artikolu 16 1.
---+Artikolu 16 2.
---+Artikolu 16 3.
---+Artikolu 16 4.
|
Artikolu 16 Dmir ta’ kunfidenzjalità
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 16 1.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-identità tal-persuna li tirrapporta ma tiġi żvelata lill-ebda persuna lil hinn mill-membri tal-persunal awtorizzati li huma kompetenti biex jirċievu jew jagħtu segwitu għar-rapporti, mingħajr il-kunsens espliċitu ta’ dik il-persuna. Dan għandu japplika wkoll għal kwalunkwe informazzjoni oħra li minnha l-identità tal-persuna li tirrapporta tista’ tiġi dedotta direttament jew indirettament.
|
|
Artikolu 16 2.
|
B’ deroga mill-paragrafu 1, l-identità tal-persuna li tirrapporta u kwalunkwe informazzjoni oħra msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu żvelati biss fejn dan huwa obbligu meħtieġ u proporzjonat impost mil-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali fil-kuntest ta’ investigazzjonijiet mill-awtoritajiet nazzjonali jew proċedimenti ġudizzjarji, inkluż bil-ħsieb li jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet tad-difiża tal-persuna kkonċernata.
|
|
Artikolu 16 3.
|
Żvelar li jsir skont id-deroga prevista fil-paragrafu 2 għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa skont ir-regoli tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli. B’mod partikolari, persuni li jirrapportaw għandhom jiġu informati qabel ma tiġi żvelata l-identità tagħhom, dment li tali informazzjoni ma tipperikolax l-investigazzjonijiet jew il-proċedimenti ġudizzjarji relatati. Meta tinforma lill-persuni li jirrapportaw, l-awtorità kompetenti għandha tibgħatilhom spjegazzjoni bil-miktub tar-raġunijiet għall-iżvelar tad-data kunfidenzjali kkonċernata.
|
|
Artikolu 16 4.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni dwar ksur li tinkludi sigrieti kummerċjali ma jużawhomx jew jiżvelaw dawk is-sigrieti kummerċjali għal finijiet li jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ għal segwitu xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L1937
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|