+Artikolu 2 Definizzjonijiet
---+Artikolu 2 1.
---+Artikolu 2 2.
|
Artikolu 2 Definizzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 2 1.
|
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“diskriminazzjoni diretta”: fejn persuna waħda tiġi trattata minħabba s-sess b’mod inqas favorevoli minn kif tiġi trattata, ġiet trattata jew kieku tiġi trattata persuna oħra f’sitwazzjoni komparabbli;
(b)
“diskriminazzjoni indiretta”: fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika li mad-dehra jkunu newtrali jkunu jpoġġu lil persuni ta’ sess partikolari fi żvantaġġ partikolari meta mqabbla ma’ persuni tas-sess l-ieħor, ħlief jekk dik id-dispożizzjoni, kriterju jew prattika tkun oġġettivament ġustifikata b'għan leġittimu, u l-mezzi biex jintlaħaq dak l-għan huma xierqa u meħtieġa;
(ċ)
“fastidju”: fejn ikun hemm imġieba mhix mixtieqa li għandha x’taqsam mas-sess ta’ persuna bl-għan jew bl-effett ta’ vjolazzjoni tad-dinjità ta’ persuna, u li jinħoloq ambjent intimidatorju, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv;
(d)
“Fastidju sesswali”: fejn ikun hemm kwalunkwe forma ta' kondotta verbali, mhux verbali jew fiżika mhix mixtieqa ta’ natura sesswali, bil-għan jew effett li jnaqqsu d-dinjità ta’ xi persuna, partikularment meta jinħoloq ambjent intimidatorju, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv;
(e)
“paga”: il-paga jew is-salarju ordinarji li jkunu bażiċi jew minimi u kwalunkwe rimunerazzjoni oħra, kemm jekk fi flus kontanti jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, minħabba l-impjieg tiegħu/tagħha minn min iħaddmu/imha;
(f)
“skemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali”: skemi li mhumiex regolati mid-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali (
1
) li l-għan tagħhom huwa li jipprovdu lill-ħaddiema, kemm jekk impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom, f’impriża jew fi grupp ta’ impriżi, f’qasam ta’ attività ekonomika, settur jew grupp ta’ setturi tax-xogħol b’benefiċċji maħsuba biex iżidu l-benefiċċji pprovduti minn skemi statutorji ta’ sigurtà soċjali jew biex jissostitwixxuhom, kemm jekk is-sħubija fi skemi ta’ din ix-xorta tkun obbligatorja u kemm jekk tkun b'għażla;
|
|
Artikolu 2 2.
|
Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, diskriminazzjoni tinkludi:
(a)
fastidju u fastidju sesswali, kif ukoll kwalunkwe trattament inqas favorevoli li jkun ibbażat fuq ir-rifjut jew is-sottomissjoni ta’ persuna għal imġiba ta’ din ix-xorta;
(b)
istruzzjoni biex issir diskriminazzjoni kontra persuni minħabba s-sess;
(ċ)
kwalunkwe trattament anqas favorevoli ta’ mara li jkollu x'jaqsam ma’ tqala jew leave tal-maternità fis-sens d-Direttiva 92/85/KEE;
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0054
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|