|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“diskriminazzjoni diretta”: fejn persuna waħda tiġi trattata minħabba s-sess b’mod inqas favorevoli minn kif tiġi trattata, ġiet trattata jew kieku tiġi trattata persuna oħra f’sitwazzjoni komparabbli;
(b)
“diskriminazzjoni indiretta”: fejn dispożizzjoni, kriterju jew prattika li mad-dehra jkunu newtrali jkunu jpoġġu lil persuni ta’ sess partikolari fi żvantaġġ partikolari meta mqabbla ma’ persuni tas-sess l-ieħor, ħlief jekk dik id-dispożizzjoni, kriterju jew prattika tkun oġġettivament ġustifikata b'għan leġittimu, u l-mezzi biex jintlaħaq dak l-għan huma xierqa u meħtieġa;
(ċ)
“fastidju”: fejn ikun hemm imġieba mhix mixtieqa li għandha x’taqsam mas-sess ta’ persuna bl-għan jew bl-effett ta’ vjolazzjoni tad-dinjità ta’ persuna, u li jinħoloq ambjent intimidatorju, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv;
(d)
“Fastidju sesswali”: fejn ikun hemm kwalunkwe forma ta' kondotta verbali, mhux verbali jew fiżika mhix mixtieqa ta’ natura sesswali, bil-għan jew effett li jnaqqsu d-dinjità ta’ xi persuna, partikularment meta jinħoloq ambjent intimidatorju, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv;
(e)
“paga”: il-paga jew is-salarju ordinarji li jkunu bażiċi jew minimi u kwalunkwe rimunerazzjoni oħra, kemm jekk fi flus kontanti jew in natura, li l-ħaddiem jirċievi direttament jew indirettament, minħabba l-impjieg tiegħu/tagħha minn min iħaddmu/imha;
(f)
“skemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali”: skemi li mhumiex regolati mid-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE tad-19 ta' Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta' sigurtà soċjali ( 1 ) li l-għan tagħhom huwa li jipprovdu lill-ħaddiema, kemm jekk impjegati u kemm jekk jaħdmu għal rashom, f’impriża jew fi grupp ta’ impriżi, f’qasam ta’ attività ekonomika, settur jew grupp ta’ setturi tax-xogħol b’benefiċċji maħsuba biex iżidu l-benefiċċji pprovduti minn skemi statutorji ta’ sigurtà soċjali jew biex jissostitwixxuhom, kemm jekk is-sħubija fi skemi ta’ din ix-xorta tkun obbligatorja u kemm jekk tkun b'għażla; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|