|
+Artikolu 9 1. |
Artikolu 9 1.Dispożizzjonijiet kuntrarji għall-prinċipju ta’ trattament ugwali għandhom jinkludu dawk ibbażati fuq is-sess, jew direttament jew indirettament, sabiex:
(a)
ikunu ddeterminati l-persuni li jistgħu jipparteċipaw fi skema okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali;
(b)
tkun iffissata n-natura obbligatorja jew mhux obbligatorja tal-parteċipazzjoni fi skema okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali;
(ċ)
ikunu stabbiliti regoli differenti fir-rigward ta’ l-età tad-dħul fl-iskema jew il-perjodu minimu ta’ impjieg jew sħubija meħtieġ biex jinkisbu l-benefiċċji tagħha;
(d)
ikunu stabbiliti regoli differenti, ħlief kif provdut fil-punti (h) u (j), għar-rimborż tal-kontribuzzjonijiet meta ħaddiem joħroġ minn skema mingħajr ma jkun issodisfa l-kondizzjonijiet li jiggarantixxu dritt diferut għall-benefiċċji ta’ tul ta’ żmien;
(e)
ikunu ffissati kondizzjonijiet differenti biex jingħataw il-benefiċċji jew għar-restrizzjoni ta’ benefiċċji bħal dawn għall-ħaddiema ta’ wieħed jew l-ieħor mis-sessi;
(f)
ikunu ffissati etajiet differenti ta’ l-irtirar;
(g)
tkun sospiża ż-żamma jew il-kisba ta’ drittijiet matul il-perjodi ta’ lîf tal-maternità jew ta’ lîf għal raġunijiet tal-familja li jingħataw mil-liġi jew bi ftehim u li jitħallsu minn min iħaddem;
(h)
ikunu ffissati livelli differenti ta’ benefiċċju, ħlief safejn jista’ jkun neċessarju biex jitqiesu fatturi ta’ kalkolu attwarjali li jvarjaw skond is-sess fil-każ ta’ skemi b’kontribuzzjoni definita; fil-każ ta’ skemi b’benefiċċju definit iffinanzjati, ċerti elementi jistgħu ma jkunux ugwali fejn in-nuqqas ta’ ugwaljanza ta’ l-ammonti tirriżulta mill-effetti ta’ l-użu ta’ fatturi attwarjali li jvarjaw skond is-sess fiż-żmien meta jiġi implimentat l-iffinanzjar ta’ l-iskema;
(i)
ikunu ffissati livelli differenti għall-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema;
(j)
ikunu ffissati livelli differenti għall-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem, minbarra:
(i)
fil-każ ta’ skemi b’kontribuzzjoni definita jekk l-għan huwa li jiddaqqas l-ammont tal-benefiċċji finali jew li kważi jiddaqqsu għaż-żewġ sessi;
(ii)
fil-każ ta’ skemi b’benefiċċju definit iffinanzjati fejn il-kontribuzzjonjiet ta’ min iħaddem huma intenzjonati biex jiżguraw is-suffiċjenza tal-fondi neċessarji biex ikopru l-ispiża tal-benefiċċji definiti;
(k)
ikunu stabbiliti standards differenti jew standards applikabbli biss għall-ħaddiema ta’ sess speċifiku, ħlief kif provdut fil-punti (h) u (j), fir-rigward tal-garanzija jew taż-żamma tad-dritt għal benefiċċji diferiti meta ħaddiem joħroġ minn skema. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|