+Artikolu 9 Eżempji ta’ diskriminazzjoni
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
|
Artikolu 9 Eżempji ta’ diskriminazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Dispożizzjonijiet kuntrarji għall-prinċipju ta’ trattament ugwali għandhom jinkludu dawk ibbażati fuq is-sess, jew direttament jew indirettament, sabiex:
(a)
ikunu ddeterminati l-persuni li jistgħu jipparteċipaw fi skema okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali;
(b)
tkun iffissata n-natura obbligatorja jew mhux obbligatorja tal-parteċipazzjoni fi skema okkupazzjonali tas-sigurta' soċjali;
(ċ)
ikunu stabbiliti regoli differenti fir-rigward ta’ l-età tad-dħul fl-iskema jew il-perjodu minimu ta’ impjieg jew sħubija meħtieġ biex jinkisbu l-benefiċċji tagħha;
(d)
ikunu stabbiliti regoli differenti, ħlief kif provdut fil-punti (h) u (j), għar-rimborż tal-kontribuzzjonijiet meta ħaddiem joħroġ minn skema mingħajr ma jkun issodisfa l-kondizzjonijiet li jiggarantixxu dritt diferut għall-benefiċċji ta’ tul ta’ żmien;
(e)
ikunu ffissati kondizzjonijiet differenti biex jingħataw il-benefiċċji jew għar-restrizzjoni ta’ benefiċċji bħal dawn għall-ħaddiema ta’ wieħed jew l-ieħor mis-sessi;
(f)
ikunu ffissati etajiet differenti ta’ l-irtirar;
(g)
tkun sospiża ż-żamma jew il-kisba ta’ drittijiet matul il-perjodi ta’ lîf tal-maternità jew ta’ lîf għal raġunijiet tal-familja li jingħataw mil-liġi jew bi ftehim u li jitħallsu minn min iħaddem;
(h)
ikunu ffissati livelli differenti ta’ benefiċċju, ħlief safejn jista’ jkun neċessarju biex jitqiesu fatturi ta’ kalkolu attwarjali li jvarjaw skond is-sess fil-każ ta’ skemi b’kontribuzzjoni definita; fil-każ ta’ skemi b’benefiċċju definit iffinanzjati, ċerti elementi jistgħu ma jkunux ugwali fejn in-nuqqas ta’ ugwaljanza ta’ l-ammonti tirriżulta mill-effetti ta’ l-użu ta’ fatturi attwarjali li jvarjaw skond is-sess fiż-żmien meta jiġi implimentat l-iffinanzjar ta’ l-iskema;
(i)
ikunu ffissati livelli differenti għall-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema;
(j)
ikunu ffissati livelli differenti għall-kontribuzzjonijiet ta’ min iħaddem, minbarra:
(i)
fil-każ ta’ skemi b’kontribuzzjoni definita jekk l-għan huwa li jiddaqqas l-ammont tal-benefiċċji finali jew li kważi jiddaqqsu għaż-żewġ sessi;
(ii)
fil-każ ta’ skemi b’benefiċċju definit iffinanzjati fejn il-kontribuzzjonjiet ta’ min iħaddem huma intenzjonati biex jiżguraw is-suffiċjenza tal-fondi neċessarji biex ikopru l-ispiża tal-benefiċċji definiti;
(k)
ikunu stabbiliti standards differenti jew standards applikabbli biss għall-ħaddiema ta’ sess speċifiku, ħlief kif provdut fil-punti (h) u (j), fir-rigward tal-garanzija jew taż-żamma tad-dritt għal benefiċċji diferiti meta ħaddiem joħroġ minn skema.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Fejn l-għotja tal-benefiċċji fl-ambitu ta’ dan il-Kapitolu titħalla għad-diskrezzjoni tal-korpi li jamministraw l-iskema, dawn ta’ l-aħħar għandhom jikkonformaw mal-prinċipju ta’ trattament ugwali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 19.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0054
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|