+Artikolu 12 Effett retroattiv
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.

Artikolu 12 Effett retroattiv

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 12 1.
Kwalunkwe miżura li timplimenta dan il-Kapitolu, fir-rigward ta’ ħaddiema, għandha tkopri l-benefiċċji kollha taħt l-iskemi okkupazzjonali ta’ sigurtà soċjali li ġejjin minn perjodi ta’ impjieg wara s-17 ta' Mejju 1990 u għandhom japplikaw b’mod retroattiv għal dik id-data, mingħajr preġudizzju għall-ħaddiema jew għal dawk li jagħmlu talba taħthom li, qabel dik id-data, bdew proċeduri legali jew għamlu talba ekwivalenti skond il-liġi nazzjonali. F’dak il-każ, il-miżuri ta’ l-implimentazzjoni għandhom japplikaw b’mod retroattiv għat-8 ta' April 1976 u għandhom ikopru l-benefiċċji kollha li ġejjin minn perjodi ta’ impjieg wara dik id-data. Għall-Istati Membri li ssieħbu fil-Komunità wara t-8 ta' April 1976, u qabel is-17 ta' Mejju 1990, dik id-data għandha tiġi sostitwita mid-data li fiha l-Artikolu 141 tat-Trattat sar applikabbli fit-territorju tagħhom.
Artikolu 12 2.
It-tieni sentenza tal-paragrafu 1 m’għandhiex twaqqaf lir-regoli nazzjonali li jirrelataw mal-limiti taż-żmien biex jinfetħu kawżi skond il-liġi nazzjonali milli ssir dipendenza fuqhom kontra ħaddiema jew dawk li jagħmlu talba taħthom li bdew proċeduri legali jew għamlu talba ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali qabel is-17 ta' Mejju 1990, sakemm mhumiex inqas favorevoli għal dik it-tip ta’ azzjoni milli għal azzjonijiet simili ta’ natura domestika u li ma jagħmlux l-eżerċizzju tad-drittijiet mogħtija mil-liġi Komunitarja impossibbli fil-prattika.
Artikolu 12 3.
Għall-Istati Membri li l-adeżjoni tagħhom seħħet wara s-17 ta' Mejju 1990 u li fl-1 ta' Jannar 1994 kienu Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, bid-data tas-17 ta' Mejju 1990 fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 1 għandha tkun sostitwita mill-1 ta' Jannar 1994.
Artikolu 12 4.
Għall-Istati Membri l-oħra li l-adeżjoni tagħhom seħħet wara s-17 ta' Mejju 1990, id-data tas-17 ta' Mejju 1990 fil-paragrafi 1 u 2 għandha tkun sostitwita mid-data li fiha l-Artikolu 141 tat-Trattat sar applikabbli fit-territorju tagħhom.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0054
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.