Artikolu 25
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-paga ta’ kumpens lill-vittma, iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-5 ta' Ottubru 2005 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien għal kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.