+KAPITOLU 3 Dispożizzjonijiet ġenerali orizzontali
---+Artikolu 23 Konformità
---+Artikolu 24 Vittimizzazzjoni
---+Artikolu 25 Penali
---+Artikolu 26 Prevenzjoni ta’ diskriminazzjoni
---+Artikolu 27 Kondizzjonijiet minimi
------+Artikolu 27 1.
------+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 28 Relazzjoni mad-dsispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali
------+Artikolu 28 1.
------+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 29 Mainstreaming fuq bażi tas-sess
---+Artikolu 30 Disseminazzjoni ta’ informazzjoni

KAPITOLU 3 Dispożizzjonijiet ġenerali orizzontali

KAPITOLU 3 Dispożizzjonijiet ġenerali orizzontali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 Konformità

Artikolu 23

Konformità

l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li:

(a) 

kwalunkwe liġi, regolament u dispożizzjoni amministrattiva kuntrarja għall-prinċipju ta’ trattament ugwali tkun abolita;

(b) 

dispożizzjonijiet kuntrarji għall-prinċipju ta’ trattament ugwali f’kuntratti jew ftehim individwali jew kollettivi, regoli interni ta’ l-impriżi jew regoli li jirregolaw xogħlijiet indipendenti u professjonijiet u organizzazjonijiet ta’ min iħaddem, jew kwalunkwe ftehim għandhom ikunu jew jistgħu ikunu ddikkjarati nulli u bla effett jew ikunu emendati;

(ċ) 

skemi okkupazzjonali ta' sigurtà soċjali li fihom tali dispożizzjonijiet jistgħu ma jkunux approvati jew estiżi permezz ta’ miżuri amministrattivi.

Artikolu 24 Vittimizzazzjoni

Artikolu 24

Vittimizzazzjoni

L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom il-miżuri kollha meħtieġa biex iħarsu lill-impjegati, inklużi dawk li huma rappreżentanti ta’ l-impjegati, provduti mil-liġijiet u/jew il-prattika nazzjonali, kontra t-tkeċċija jew trattament avvers ieħor minn min iħaddem bħala reazzjoni għal ilment fl-intrapriża jew għal kwalunkwe proċedura legali bl-għan li tkun infurzata l-konformità mal-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Artikolu 25 Penali

Artikolu 25

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li jiġu applikati. Il-penali, li jistgħu jinkludu l-paga ta’ kumpens lill-vittma, iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-5 ta' Ottubru 2005 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien għal kwalunkwe emenda sussegwenti li taffetwahom.

Artikolu 26 Prevenzjoni ta’ diskriminazzjoni

Artikolu 26

Prevenzjoni ta’ diskriminazzjoni

Stati Membri għandhom jinkoraġġixxu, skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettivi jew il-prattiki, lil dawk li jħaddmu u lil dawk responsabbli għall-aċċess għat-taħriġ vokazzjonali sabiex jieħdu miżuri effettivi sabiex jimpedixxu kull forma ta’ diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, partikolarment fastidju u fastidju sesswali fil-post tax-xogħol, fl-aċċess għall-impjiegi, fit-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni.

Artikolu 27 Kondizzjonijiet minimi
Artikolu 28 Relazzjoni mad-dsispożizzjonijiet Komunitarji u nazzjonali
Artikolu 29 Mainstreaming fuq bażi tas-sess

Artikolu 29

Mainstreaming fuq bażi tas-sess

L-Istati Membri għandhom iqisu b’mod attiv l-għan ta’ l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa meta jifformulaw u jimplimentaw liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi, politika u attivitajiet fl-oqsma li jissemmew f’ din id-Direttiva.

Artikolu 30 Disseminazzjoni ta’ informazzjoni

Artikolu 30

Disseminazzjoni ta’ informazzjoni

L-Istati Membri għandhom jassiguraw li miżuri meħuda skond din id-Direttiva, mad-dispożizzjonijiet diġa fis-seħħ, flimkien ikunu miġjuba għall-attenzjoni tal-persuni kollha kkonċernati bil-mezzi kollha adegwati u, fejn jixraq, fuq il-post tax-xogħol.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0054
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.