+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
---+Artikolu 2 1
---+Artikolu 2 2
---+Artikolu 2 3

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 2 1

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu barra mit-territorju tal-Istati Membri u li japplikaw biex ikunu ammessi jew li ġew ammessi, taħt it-termini ta’ din id-Direttiva, fit-territorju ta’ Stat Membru għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali.

Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li meta jippreżentaw l-applikazzjoni, ikunu jirresjedu fit-territorju ta’ Stat Membru bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 15.

Artikolu 2 2

2.   Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom, fejn ikun il-każ u f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali, jelenkaw dawk is-setturi ta’ impjieg li jinkludu attivitajiet li jiddependu mill-mogħdija tal-istaġuni. L-Istati Membri jistgħu jimmodifikaw dik il-lista, fejn ikun il-każ u f’konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar dawn il-modifiki.

Artikolu 2 3

3.   Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li:

(a)

jwettqu attivitajiet f’isem impriżi stabbiliti fi Stat Membru ieħor fil-qafas tal-forniment ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE, inklużi ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkollokati minn impriżi stabbiliti fi Stat Membru fil-qafas tal-forniment ta’ servizzi skont id-Direttiva 96/71/KE;

(b)

huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw id-dritt tagħhom għall-moviment liberu fl-Unjoni, f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16);

(c)

għandhom, flimkien mal-membri tal-familja tagħhom, u irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom, drittijiet ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dawk taċ-ċittadini tal-Unjoni skont ftehimiet bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, jew bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.