1. Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu barra mit-territorju tal-Istati Membri u li japplikaw biex ikunu ammessi jew li ġew ammessi, taħt it-termini ta’ din id-Direttiva, fit-territorju ta’ Stat Membru għall-fini ta’ impjieg bħala ħaddiema staġonali.
Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li meta jippreżentaw l-applikazzjoni, ikunu jirresjedu fit-territorju ta’ Stat Membru bl-eċċezzjoni tal-każijiet imsemmijin fl-Artikolu 15.