+Artikolu 15 Estensjoni tas-soġġorn jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-finijiet ta’ xogħol staġonali
---+Artikolu 15 1
---+Artikolu 15 2
---+Artikolu 15 3
---+Artikolu 15 4
---+Artikolu 15 5
---+Artikolu 15 6
---+Artikolu 15 7
---+Artikolu 15 8
---+Artikolu 15 9
---+Artikolu 15 10
---+Artikolu 15 11
|
Artikolu 15 Estensjoni tas-soġġorn jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-finijiet ta’ xogħol staġonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1
|
1. Fil-perijodu massimu msemmi fl-Artikolu 14(1) u dment li l-Artikoli 5 jew 6 jiġu sodisfatti u r-raġunijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 8(2) u, jekk applikabbli, fl-Artikolu 8(4) mhumiex sodisfatti, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiema staġonali estensjoni waħda tas-soġġorn tagħhom, fejn il-ħaddiema staġonali jestendu l-kuntratt tagħhom mal-istess persuna li tħaddem.
|
|
Artikolu 15 2
|
2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li jħallu lill-ħaddiema staġonali jestendu l-kuntratt tagħhom mal-istess persuna li tħaddem u s-soġġorn tagħhom aktar minn darba waħda, dment li l-perijodu massimu msemmi fl-Artikolu 14(1) ma jinqabiżx.
|
|
Artikolu 15 3
|
3. Fil-perijodu massimu msemmi fl-Artikolu 14(1) u dment li l-Artikoli 5 jew 6 jiġu sodisfatti u r-raġunijiet stipulati fil-punt (b) tal-Artikolu 8(1), fl-Artikolu 8(2) u, jekk applikabbli, fl-Artikolu 8(4) mhumiex sodisfatti, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiema staġonali estensjoni waħda tas-soġġorn tagħhom biex ikunu impjegati ma’ persuna differenti li tħaddem.
|
|
Artikolu 15 4
|
4. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, li jippermettu lill-ħaddiema staġonali jiġu impjegati minn persuna differenti li tħaddem u li jestendu s-soġġorn tagħhom aktar minn darba waħda, dment li l-perijodu massimu msemmi fl-Artikolu 14(1) ma jinqabiżx.
|
|
Artikolu 15 5
|
5. Għall-finijiet tal-paragrafi 1 sa 4, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni meta l-ħaddiem staġonali ammess taħt din id-Direttiva qiegħed fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 15 6
|
6. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jestendu s-soġġorn jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali meta l-post vakanti inkwistjoni jista’ jimtela miċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-Istat Membru. Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-preferenza għal ċittadini tal-Unjoni kif espressa fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti rilevanti ta’ Adeżjoni.
|
|
Artikolu 15 7
|
7. L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw li jestendu s-soġġorn jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn ikun intlaħaq il-perijodu massimu ta’ soġġorn kif definit fl-Artikolu 14(1).
|
|
Artikolu 15 8
|
8. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jestendu s-soġġorn jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali maħruġa abbażi ta’ din id-Direttiva jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz japplika għal protezzjoni internazzjonali skont id-Direttiva 2011/95/UE jew jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz japplika għal protezzjoni f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-obbligi internazzjonali jew il-prattika tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
Artikolu 15 9
|
9. L-Artikolu 9(2) u l-punti (b), (c) u (d) u l-Artikolu 9(3) ma għandhomx japplikaw għal ħaddiem staġonali li japplika biex jiġi impjegat minn persuna differenti li tħaddem f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu meta dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-persuna li tħaddem preċedenti.
|
|
Artikolu 15 10
|
10. Ir-raġunijiet għal estensjoni ta’ viża għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar il-Viżi.
|
|
Artikolu 15 11
|
11. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(1), kwalunkwe deċiżjoni dwar applikazzjoni għal estensjoni jew tiġdid għandha tikkunsidra ċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inklużi l-interessi tal-ħaddiem staġonali, u tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|