6. L-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw li jestendu s-soġġorn jew li jġeddu l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali meta l-post vakanti inkwistjoni jista’ jimtela miċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment fl-Istat Membru. Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-preferenza għal ċittadini tal-Unjoni kif espressa fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti rilevanti ta’ Adeżjoni.