4. Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tiddikjara bħala inammissibbli applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jew li tirrifjuta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jew li tirrifjuta estensjoni ta’ soġġorn jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-finijiet ta’ xogħol staġonali għandhom jingħataw bil-miktub lill-applikant. Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali għandha tingħata bil-miktub kemm lill-ħaddiem staġonali u, jekk previst fil-liġi nazzjonali, lil min iħaddem.