+Artikolu 18 Salvagwardji proċedurali
---+Artikolu 18 1
---+Artikolu 18 2
---+Artikolu 18 3
---+Artikolu 18 4
---+Artikolu 18 5
---+Artikolu 18 6

Artikolu 18 Salvagwardji proċedurali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 18 1

1.   L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom jadottaw deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw id-deċiżjoni lill-applikant bil-miktub, f’konformità mal-proċeduri ta’ notifika taħt il-liġi nazzjonali, mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn 90 jum mid-data li fiha kienet ġiet ippreżentata l-applikazzjoni kompluta.

Artikolu 18 2

2.   Fil-każ ta’ applikazzjoni għal estensjoni tas-soġġorn jew għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 15, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jiżguraw li l-ħaddiem staġonali ma jkunx obbligat iwaqqaf ir-relazzjoni tal-impjieg tiegħu jew tagħha mal-istess persuna li tħaddmu, jew li ma jitħalliex jibdel il-persuna li tħaddmu, minħabba proċeduri amministrattivi li jkunu għaddejjin.

Fejn il-validità tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali tiskadi matul il-proċedura għall-estensjoni jew it-tiġdid, f’konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom, l-Istati Membri għandhom jippermettu lill-ħaddiem staġonali jibqa’ fit-territorju tagħhom sa meta l-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjoni dwar l-applikazzjoni, dment li l-applikazzjoni kienet ippreżentata fiż-żmien tal-validità ta’ dik l-awtorizzazzjoni u li l-perijodu ta’ żmien imsemmi fl-Artikolu 14(1) ma skadiex.

Fejn ikun japplika t-tieni subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu, fost l-oħrajn, jiddeċiedu li:

(a)

joħrġu permessi ta’ residenza nazzjonali temporanji jew awtorizzazzjonijiet ekwivalenti sakemm tittieħed deċiżjoni; jew

(b)

jippermettu lill-ħaddiem staġonali jaħdem sakemm tittieħed dik id-deċiżjoni.

Matul il-perijodu tal-analiżi tal-applikazzjoni għal estensjoni jew tiġdid, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din id-Direttiva.

Artikolu 18 3

3.   Fejn l-informazzjoni jew id-dokumentazzjoni pprovduta b’appoġġ għall-applikazzjoni ma tkunx kompluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-applikant f’perijodu raġonevoli dwar l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa u jistabbilixxu skadenza raġonevoli sabiex din tiġi pprovduta. Il-perijodu msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi sospiż sa meta l-awtoritajiet kompetenti jkunu irċievu l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa.

Artikolu 18 4

4.   Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tiddikjara bħala inammissibbli applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jew li tirrifjuta applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jew li tirrifjuta estensjoni ta’ soġġorn jew tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-finijiet ta’ xogħol staġonali għandhom jingħataw bil-miktub lill-applikant. Ir-raġunijiet għal deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali għandha tingħata bil-miktub kemm lill-ħaddiem staġonali u, jekk previst fil-liġi nazzjonali, lil min iħaddem.

Artikolu 18 5

5.   Kwalunkwe deċiżjoni li tiddikjara bħala inammissibbli applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jew li tirrifjuta l-applikazzjoni, li tirrifjuta l-estensjoni tas-soġġorn jew it-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet ta’ xogħol staġonali jew li tirtira awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali għandha tkun miftuħa għal kontestazzjoni legali fl-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-liġi nazzjonali. In-notifika miktuba għandha tispeċifika l-qorti jew l-awtorità amministrattiva li lihom jista’ jsir rikors ta’ appell u l-limitu ta’ żmien għall-appell.

Artikolu 18 6

6.   Is-salvagwardji proċedurali rigward il-viżi għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.