5. Kwalunkwe deċiżjoni li tiddikjara bħala inammissibbli applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali jew li tirrifjuta l-applikazzjoni, li tirrifjuta l-estensjoni tas-soġġorn jew it-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni għall-finijiet ta’ xogħol staġonali jew li tirtira awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali għandha tkun miftuħa għal kontestazzjoni legali fl-Istat Membru kkonċernat, f’konformità mal-liġi nazzjonali. In-notifika miktuba għandha tispeċifika l-qorti jew l-awtorità amministrattiva li lihom jista’ jsir rikors ta’ appell u l-limitu ta’ żmien għall-appell.