+KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
---+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
------+Artikolu 2 1.
------+Artikolu 2 2.
------+Artikolu 2 3.
------+Artikolu 2 4.
---+Artikolu 3 Definizzjonijiet

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

KAPITOLU I SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 Suġġett

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-trasparenza ta’ transazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFTs) u tal-użu mill-ġdid.

Artikolu 2 Kamp ta’ applikazzjoni
Artikolu 3 Definizzjonijiet

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1) 

“repożitorju tat-transazzjonijiet” tfisser persuna ġuridika li ċentralment tiġbor u żżomm ir-rekords tal-SFTs;

(2) 

“kontropartijiet” tfisser kontrapartijiet finanzjarji u kontropartijiet mhux finanzjarji;

(3) 

“kontroparti finanzjarja” tfisser:

(a) 

ditta ta’ investiment awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );

(b) 

istituzzjoni ta’ kreditu awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) jew mar-Regolament (UE) Nru 1024/2013;

(c) 

impriża tal-assigurazzjoni awtorizzata jew impriża tar-riassigurazzjoni f’konformità mad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );

(d) 

UCITS u, fejn rilevanti, il-kumpannija tal-maniġment tagħha, awtorizzata f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE;

(e) 

AIF ġestit minn AIFMs awtorizzati jew reġistrati f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE;

(f) 

istituzzjoni għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali awtorizzati jew reġistrati f’konformità mad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );

(g) 

kontroparti ċentrali awtorizzata f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(h) 

depożitorju ċentrali tat-titoli awtorizzat f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );

(i) 

entità ta’ pajjiż terz li tkun teħtieġ awtorizzazzjoni jew reġistrazzjoni f’konformità mal-atti leġislattivi msemmija fil-punti (a) sa (h) jekk din tkun ġiet stabbilita fl-Unjoni;

(4) 

“kontroparti mhux finanzjarja” tfisser impriża stabbilita fl-Unjoni jew f’pajjiż terz minbarra l-entitajiet imsemmija fil- punt (3);

(5) 

“stabbilita” tfisser:

(a) 

jekk il-kontroparti tkun persuna fiżika, fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha hemmhekk;

(b) 

jekk il-kontroparti tkun persuna ġuridika, fejn ikollha l-uffiċċju reġistrat tagħha hemmhekk;

(c) 

jekk skont il-liġi nazzjonali tagħha, il-kontroparti ma jkollha l-ebda uffiċċju reġistrat, iżda fejn ikollha l-uffiċċju prinċipali tagħha hemmhekk;

(6) 

“fergħa” tfisser post tan-negozju li ma jkunx l-uffiċċju prinċipali li jkun parti minn kontroparti u li ma jkollu l-ebda personalità ġuridika;

(7) 

“self ta’ titoli jew ta’ komoditajiet” jew “teħid b’self ta’ titoli jew ta’ komoditajiet” tfisser kwalunkwe transazzjoni li permezz tagħha kontroparti tittrasferixxi titoli jew komoditajiet soġġett għal impenn li min jissellef irodd lura titoli jew komoditajiet ekwivalenti f’data fil-futur jew meta jiġi mitlub jagħmel hekk minn dak li jittrasferixxi, filwaqt li dik it-transazzjoni titqies bħala self ta’ titoli jew ta’ komoditajiet għall-kontroparti li tittrasferixxi t-titoli jew ta’ komoditajiet u filwaqt li titqies bħala teħid b’self ta’ titoli jew ta’ komoditajiet għall-kontroparti li lilha dawn ikunu ġew trasferiti;

(8) 

“transazzjoni ta’ akkwist bil-patt ta’ rivendità” jew “transazzjoni ta’ vendità bil-patt ta’ riakkwist” tfisser transazzjoni li biha kontroparti tixtri jew tbigħ titoli, komoditajiet jew drittijiet garantiti marbutin mat-titlu ta’ titoli, jew komoditajiet, li tkun taqbel, rispettivament, li tbigħ jew tixtri lura titoli, komoditajiet jew tali drittijiet garantiti tal-istess deskrizzjoni bi prezz speċifikat f’data fil-futur, b’dik it-transazzjoni tkun transazzjoni ta’ akkwist bil-patt ta’ rivendità għall-kontroparti li tixtri t-titoli, komoditajiet jew drittijiet garantiti u transazzjoni ta’ vendità bil-patt ta’ riakkwist għall-kontroparti li tbigħhom, filwaqt li tali transazzjoni ta’ akkwist bil-patt ta’ rivendità jew transazzjoni ta’ vendità bil-patt ta’ riakkwist ma jkunux irregolati bi ftehim ta’ riakkwist jew bi ftehim ta’ retroriakkwist, fis-sens tal-punt (9);

(9) 

“transazzjoni ta’ riakkwist” tfisser transazzjoni irregolata minn ftehim li permezz tiegħu kontroparti tittrasferixxi titoli, komoditajiet jew drittijiet garantiti relatati mat-titlu għal titoli (ta’ sigurtà) jew komoditajiet fejn dik il-garanzija tkun inħarġet minn borża rikonoxxuta li żżomm id-drittijiet għat-titoli jew il-komoditajiet u l-ftehim ma jippermettix li kontroparti tittrasferixxi jew tirhan titolu (ta’ sigurtà) jew komodità partikolari fi kwalunkwe ħin lil aktar minn kontroparti waħda, soġġett għal impenn li tixtrihom mill-ġdid, jew titoli jew komoditajiet sostitwiti tal-istess deskrizzjoni bi prezz speċifiku f’data futura speċifika, jew li ser ikun speċifikat, minn min jittrasferixxi, li jkun ftehim ta’ riakkwist għall-kontroparti li tbigħ it-titoli jew il-komoditajiet u operazzjoni ta’ retroriakkwist għall-kontroparti li tixtrihom;

(10) 

“transazzjoni ta’ self b’marġni” tfisser transazzjoni li fiha istituzzjoni testendi kreditu b’konnessjoni mal-akkwist, il-bejgħ, iż-żamma jew in-negozjar ta’ titoli, iżda ma jinkludux self ieħor li huwa ggarantit minn kollateral fil-forma ta’ titoli;

(11) 

“transazzjoni ta’ finanzjament tat-titoli” jew “SFT” tfisser:

(a) 

transazzjoni ta’ riakkwist;

(b) 

self ta’ titoli jew ta’ komoditajiet u teħid b’self ta’ titoli jew ta’ komoditajiet;

(c) 

transazzjoni ta’ akkwist bil-patt ta’ rivendità jew transazzjoni ta’ vendità bil-patt ta’ riakkwist;

(d) 

transazzjoni ta’ self b’marġni;

(12) 

“użu mill-ġdid” tfisser l-użu minn kontroparti li tirċievi, f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew għan-nom ta’ kontroparti oħra, inkluża kwalunkwe persuna fiżika, ta’ strumenti finanzjarji riċevuti skont ftehim kollaterali, tali użu jinkludi esklużivament trasferiment ta’ titolu jew l-eżerċizzju ta’ dritt ta’ użu f’konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2002/47/KE iżda ma jinkludix il-likwidazzjoni ta’ strument finanzjarju fl-eventwalità ta’ inadempjenza tal-kontroparti li tipprovdi;

(13) 

“arranġament kollaterali dwar trasferiment ta’ titolu” tfisser arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE konkluż bejn il-kontropartijiet għall-assigurazzjoni ta’ xi obbligu;

(14) 

“arranġament kollaterali ta’ sigurtà” tfisser arranġament kollaterali finanzjarju ta’ sigurtà kif definit fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE konkluż bejn il-kontropartijiet għall-assigurazzjoni ta’ xi obbligu;

(15) 

“arranġament kollaterali” tfisser arranġament kollaterali dwar trasferiment ta’ titolu u arranġament kollaterali ta’ sigurtà;

(16) 

“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definit fil-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(17) 

“komodità” tfisser komodità kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ( 6 );

(18) 

“swap tar-redditu totali” tfisser kuntratt tad-derivattivi kif definit fil-punt (7) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 fejn kontroparti tittrasferixxi l-prestazzjoni ekonomika totali, inkluż dħul minn imgħax u tariffi, qligħ jew telf minn moviment tal-prezzijiet, u telf ta’ kreditu, ta’ obbligu referenzjarju lil kontraparti oħra.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.