|
+Artikolu 2 1. |
Artikolu 2 1.Dan ir-Regolament japplika għal:
(a)
kontroparti għal SFT li tkun stabbilita:
(i)
fl-Unjoni, inklużi l-fergħat kollha tagħha irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu;
(ii)
f’pajjiż terz, jekk l-SFT tkun konkluża matul l-operazzjonijiet ta’ fergħa fl-Unjoni ta’ dik il-kontroparti;
(b)
kumpanniji tal-maniġment ta’ impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) u kumpanniji ta’ investiment tal-UCITS f’konformità mad-Direttiva 2009/65/KE;
(c)
maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattivi (AIFMs) awtorizzati f’konformità mad-Direttiva 2011/61/UE;
(d)
kontroparti involuta f’użu mill-ġdid li tkun stabbilita:
(i)
fl-Unjoni, inklużi l-fergħat kollha tagħha irrispettivament minn fejn ikunu jinsabu;
(ii)
f’pajjiż terz, fejn:
—
l-użu mill-ġdid li jitwettaq matul l-operazzjonijiet ta’ fergħa fl-Unjoni ta’ dik il-kontroparti; jew
—
l-użu mill-ġdid jikkonċerna l-istrumenti finanzjarji previsti skont arranġament kollaterali minn kontroparti stabbilita fl-Unjoni jew fergħa fl-Unjoni ta’ kontroparti stabbilita f’pajjiż terz.
1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|