+Artikolu 11 Tariffi għas-superviżjoni
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 2.
|
Artikolu 11 Tariffi għas-superviżjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 11 1.
|
L-ESMA għandha timponi tariffi għar-repożitorji tat-transazzjonijiet f’konformità ma’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-atti delegati adottati skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Dawk it-tariffi għandhom ikunu proporzjonati għall-fatturat tar-repożitorju tat-transazzjonijiet ikkonċernat u jkopru għal kollox l-infiq tal-ESMA meħtieġ għar-reġistrazzjoni, ir-rikonoxximent u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-transazzjonijiet kif ukoll ir-rimborż ta’ kwalunkwe spiża li jistgħu jġarrbu l-awtoritajiet kompetenti bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm l-Artikolu 9(1) ta’ dan ir-Regolament isemmi l-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, ir-referenzi għall-Artikolu 72(3) ta’ dak ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala referenzi għall-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. Meta repożitorju tat-transazzjonijiet ikun diġà ġie rreġistrat skont it-Titolu VI, Kapitolu 1, tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, it-tariffi msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jiġu aġġustati biss biex jirriflettu l-infiq u l-ispejjeż addizzjonali meħtieġa relatati mar-reġistrazzjoni, ir-rikonoxximent u s-superviżjoni tar-repożitorji tat-transazzjonijiet skont dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 11 2.
|
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 30 biex tispeċifika aktar it-tip ta’ tariffi, il-materji li għalihom ikunu dovuti t-tariffi, l-ammont tat-tariffi u l-metodu li bih għandhom jitħallsu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|