+Artikolu 17 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
|
Artikolu 17 Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 u l-ESMA għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni bl-iskop li jwettqu dmirijiethom skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw ksur ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 17 2.
|
L-awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taġixxi fuq talba għall-kooperazzjoni u għall-iskambju ta’ informazzjoni f’konformità mal-paragrafu 1 f’waħda miċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li ġejjin biss:
(a)
fejn ikunu diġà nbdew proċedimenti ġudizzjarji fir-rigward tal-istess azzjonijiet u kontra l-istess persuni quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tilqa’ t-talba, jew
(b)
fejn tkun diġà ngħatat sentenza finali fir-rigward ta’ tali persuni għall-istess azzjonijiet fl-Istat Membru tal-awtorità kompetenti li tilqa’ t-talba,
Fil-każ ta’ rifjut bħal dan, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità rikjedenti u lill-ESMA kif meħtieġ, filwaqt li tipprovdi informazzjoni kemm jista’ jkun iddettaljata.
|
|
Artikolu 17 3.
|
L-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(2) u l-membri rilevanti tas-SEBĊ għandhom jikkooperaw mill-qrib skont il-kondizzjonijiet stipulati f’dan il-paragrafu: Tali kooperazzjoni għandha tkun kunfidenzjali u tiddependi minn talba ġġustifikata mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti, u għandha ssir biss biex dawk l-awtoritajiet ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom. Minkejja l-ewwel u t-tieni subparagrafi, il-membri tas-SEBĊ jistgħu jirrifjutaw li jipprovdu informazzjoni fejn huma jkunu daħlu fit-transazzjonijiet fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom bħala awtoritajiet monetarji. Fil-każ ta’ rifjut kif imsemmi fit-tielet subparagrafu, il-membru rilevanti tas-SEBĊ għandu jinnotifika lill-awtorità rikjedenti dwar dak ir-rifjut flimkien mal-ġustifikazzjoni għalih.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|