+Artikolu 18 Segretezza professjonali
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
|
Artikolu 18 Segretezza professjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
Kwalunkwe informazzjoni kunfidenzjali riċevuta, skambjata jew trasmessa skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għall-kondizzjonijiet ta’ segretezza professjonali stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3.
|
|
Artikolu 18 2.
|
L-obbligu tas-segretezza professjonali għandu japplika għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(2) u l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 għall-ESMA, l-EBA u l-EIOPA, jew għall-awdituri u l-esperti mogħtija l-istruzzjonijiet mill-awtoritajiet kompetenti jew l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA. L-ebda informazzjoni kunfidenzjali li dawn il-persuni jirċievu fil-qadi ta’ dmirijiethom ma għandha tiġi żvelata lil ebda persuna jew awtorità, ħlief f’forma sommarja jew aggregata b’mod li kontroparti, repożitorju tat-transazzjonijiet jew kwalunkwe persuna oħra individwali ma tkunx tista’ tiġi identifikata, mingħajr preġudizzju għal-liġi kriminali jew fiskali nazzjonali jew għal dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Mingħajr preġudizzju għal-liġi kriminali jew fiskali nazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA, l-EBA, l-EIOPA, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi għajr l-awtoritajiet kompetenti li jirċievu informazzjoni kunfidenzjali skont dan ir-Regolament jistgħu jużawha biss fit-twettiq ta’ dmirijiethom u għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom, fil-każ tal-awtoritajiet kompetenti, fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament jew, fil-każ ta’ awtoritajiet, korpi jew persuni fiżiċi jew ġuridiċi oħra, għall-iskop li għalih din l-informazzjoni tkun ġiet ipprovduta lilhom jew fil-kuntest ta’ proċeduri amministrattivi jew ġudizzjarji relatati speċifikament mat-twettiq ta’ dawn il-funzjonijiet, jew it-tnejn. Meta l-ESMA, l-EBA u l-EIOPA, l-awtorità kompetenti jew xi awtorità, korp jew persuna oħra li tikkomunika l-informazzjoni tagħti l-kunsens tagħha għal dan, l-awtorità li tirċievi l-informazzjoni tista’ tużaha għal skopijiet mhux kummerċjali.
|
|
Artikolu 18 4.
|
Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx jimpedixxu lill-ESMA, l-EBA u l-EIOPA, l-awtoritajiet kompetenti jew il-banek ċentrali rilevanti milli jiskambjaw jew jittrasmettu informazzjoni kunfidenzjali f’konformità ma’ dan ir-Regolament u mal-leġislazzjoni l-oħra applikabbli għad-ditti ta’ investiment, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-fondi tal-pensjonijiet, l-intermedjarji ta’ assigurazzjoni u ta’ riassigurazzjoni, l-impriżi tal-assigurazzjoni, is-swieq regolati jew l-operaturi tas-suq jew inkella bil-kunsens tal-awtorità kompetenti jew awtorità jew korp jew persuna fiżika jew ġuridika oħra li tkun ikkomunikat din l-informazzjoni.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx jimpedixxu lill-awtoritajiet kompetenti milli jiskambjaw jew jittrasmettu informazzjoni kunfidenzjali, f’konformità mal-liġi nazzjonali, li ma tkunx waslet għand awtorità kompetenti ta’ Stat Membru ieħor.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|