+Artikolu 19 Ekwivalenza u rikonoxximent tar-repożitorji tat-transazzjonijiet
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
---+Artikolu 19 6.
---+Artikolu 19 7.
---+Artikolu 19 8.

Artikolu 19 Ekwivalenza u rikonoxximent tar-repożitorji tat-transazzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 19 1.

Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw li l-arranġamenti legali u superviżorji ta’ pajjiż terz jiżguraw li:

(a) 

ir-repożitorji tat-transazzjonijiet awtorizzati f’dak il-pajjiż terz jikkonformaw mar-rekwiżiti li huma legalment vinkolanti u li huma ekwivalenti għal dawk stabbiliti f’dan ir-Regolament;

(b) 

is-superviżjoni effettiva tar-repożitorji tat-transazzjonijiet u l-infurzar effettiv tal-obbligi tagħhom f’dak il-pajjiż terz isiru fuq bażi kontinwa;

(c) 

jeżistu garanziji ta’ segretezza professjonali, inkluża l-protezzjoni ta’ sigrieti tan-negozju li l-awtoritajiet jikkondividu ma’ pajjiżi terzi, u dawk il-garanziji li huma mill-inqas ekwivalenti għal dawk stipulati f’dan ir-Regolament; u

(d) 

ir-repożitorji tat-transazzjonijiet awtorizzati f’dak il-pajjiż terz huma soġġetti għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli biex jingħata aċċess dirett u immedjat għad-data lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(2).

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jispeċifika wkoll l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li huma intitolati li jkollhom aċċess għad-data dwar l-SFTs miżmuma f’repożitorji tat-transazzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni.

L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31(2).

Artikolu 19 2.
Fejn repożitorji tat-transazzjonijiet awtorizzati f’dak il-pajjiż terz mhumiex soġġetti għal obbligu legalment vinkolanti u infurzabbli taħt il-liġi ta’ dak il-pajjiż terz biex jagħtu aċċess dirett u immedjat għad-data lill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 12(2), il-Kummissjoni għandha tippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill għan-negozjar ta’ ftehimiet internazzjonali ma’ dak il-pajjiż terz rigward l-aċċess reċiproku għal, u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar, SFTs miżmuma f’repożitorji tat-transazzjonijiet li huma stabbiliti f’dak il-pajjiż terz, sabiex jiġi żgurat li l-entitajiet kollha msemmija fl-Artikolu 12(2) ikollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni kollha meħtieġa għall-eżerċizzju ta’ dmirijiethom.
Artikolu 19 3.
Repożitorju tat-transazzjonijiet stabbilit f’pajjiż terz jista’ jipprovdi s-servizzi u l-attivitajiet tiegħu lil entitajiet stabbiliti fl-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 4 biss wara r-rikonoxximent tiegħu mill-ESMA f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.
Artikolu 19 4.

Ir-repożitorju tat-transazzjonijiet imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jissottometti lill-ESMA waħda milli ġejjin:

(a) 

applikazzjoni għar-rikonoxximent;

(b) 

applikazzjoni għall-estensjoni tar-reġistrazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament fil-każ ta’ repożitorju tat-transazzjonijiet diġà rikonoxxut skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Artikolu 19 5.

Applikazzjoni kif jingħad fil-paragrafu 4 għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni kollha meħtieġa, inkluż mill-inqas l-informazzjoni meħtieġa biex jiġi vverifikat li r-repożitorju tat-transazzjonijiet huwa awtorizzat u huwa soġġett għal superviżjoni effettiva f’pajjiż terz li jissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:

(a) 

il-Kummissjoni iddeterminat, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni skont il-paragrafu 1, li l-pajjiż terz għandu qafas regolatorju u superviżorju li huwa ekwivalenti u infurzabbli;

(b) 

l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz ikunu daħlu f’arranġamenti ta’ kooperazzjoni mal-ESMA li jispeċifikaw mill-inqas:

(i) 

mekkaniżmu għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ESMA u kwalunkwe awtorità oħra tal-Unjoni li teżerċita responsabbiltajiet bħala riżultat ta’ kwalunkwe delega ta’ kompiti skont l-Artikolu 9(1), minn naħa, u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-pajjiż terz ikkonċernat, min-naħa l-oħra; u

(ii) 

proċeduri li jikkonċernaw il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji.

L-ESMA għandha tapplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiż terz.

Artikolu 19 6.
Fi żmien 30 jum ta’ xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni, l-ESMA għandha tanalizza jekk l-applikazzjoni hijiex kompluta. Jekk l-ESMA tiddetermina li l-applikazzjoni ma tkunx kompluta, hija għandha tistabbilixxi skadenza sa meta r-repożitorju tat-transazzjonijiet applikant għandu jipprovdi informazzjoni addizzjonali.
Artikolu 19 7.
Fi żmien 180 jum ta’ xogħol mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni kompluta, l-ESMA għandha tinforma lir-repożitorju tat-transazzjonijiet applikant bil-miktub bi spjegazzjoni kompletament motivata dwar jekk ir-rikonoxximent ikunx ingħata jew ikunx ġie rrifjutat.
Artikolu 19 8.
L-ESMA għandha tippubblika, fuq is-sit elettroniku tagħha, lista tar-repożitorji tat-transazzjonijiet rikonoxxuti f’konformità ma’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.