+Artikolu 26 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.

Artikolu 26 Pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.
Soġġett għall-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjoni amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra b’rabta ma’ ksur tal-Artikolu 4 jew 15 fuq is-sit elettroniku tagħhom eżatt wara li l-persuna soġġetta għal dik id-deċiżjoni tkun ġiet infurmata b’dik id-deċiżjoni.
Artikolu 26 2.
L-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 għandha tispeċifika mill-inqas it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna soġġetta għad-deċiżjoni.
Artikolu 26 3.
Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw għal deċiżjonijiet li jimponu miżuri li huma ta’ natura investigattiva.

Fejn awtorità kompetenti tqis, wara valutazzjoni każ b’każ, li l-pubblikazzjoni tal-identità tal-persuna ġuridika soġġetta għad-deċiżjoni, jew id-data personali ta’ persuna fiżika, tkun sproporzjonata, jew fejn pubblikazzjoni bħal din tista’ tippreġudika investigazzjoni li tkun għaddejja jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, għandha tagħmel waħda minn dawn li ġejjin:

(a) 

tiddifferixxi l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni sakemm ir-raġunijiet għal dan id-differiment ma jibqgħux jeżistu;

(b) 

tippubblika d-deċiżjoni fuq bażi anonima f’konformità mal-liġi nazzjonali meta din il-pubblikazzjoni tiżgura protezzjoni effettiva tad-data personali kkonċernata u, fejn xieraq, tipposponi l-pubblikazzjoni tad-data rilevanti għal perijodu ta’ żmien raġonevoli fejn huwa prevedibbli li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima mhux ser jibqgħu jeżistu matul dak il-perijodu;

(c) 

ma tippubblikax id-deċiżjoni fil-każ li l-awtorità kompetenti tkun tal-opinjoni li l-pubblikazzjoni f’konformità mal-punt (a) jew (b) ser tkun biżżejjed biex tiżgura:

(i) 

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tiġix ippreġudikata; jew

(ii) 

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ miżuri titqies ta’ natura minuri.

Artikolu 26 4.
Meta d-deċiżjoni tkun soġġetta għal appell quddiem awtorità nazzjonali, ġudizzjarja, amministrattiva jew awtorità oħra, l-awtoritajiet kompetenti xorta għandhom jippubblikaw, immedjatament, fuq is-sit elettroniku tagħhom din l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar ir-riżultat ta’ tali appell. Kwalunkwe deċiżjoni li tħassar deċiżjoni soġġetta għal appell għandha tiġi ppubblikata wkoll.
Artikolu 26 5.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw lill-ESMA dwar is-sanzjonijiet amministrattivi kollha u miżuri amministrattivi oħra imposti imma mhux ippubblikati, f’konformità mal-punt (c) tal-paragrafu 3, inkluż kwalunkwe appell fir-rigward tagħhom u l-eżitu tiegħu. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu l-informazzjoni u s-sentenza finali fir-rigward ta’ kwalunkwe sanzjoni kriminali imposta u jippreżentawhom lill-ESMA. L-ESMA għandha żżomm database ċentrali tas-sanzjonijiet amministrattivi, miżuri amministrattivi oħra u sanzjonijiet kriminali kkomunikati lilha unikament għall-finijiet tal-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. Dik il-bażi tad-data għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.
Artikolu 26 6.
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li, kwalunkwe deċiżjoni ppubblikata f’konformità ma’ dan l-Artikolu tibqa’ aċċessibbli fis-sit elettroniku tagħhom mill-inqas għal perijodu ta’ ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Data personali li tkun tinsab f’dawk id-deċiżjonijiet għandha tinżamm fuq is-sit elettroniku tal-awtorità kompetenti għall-perijodu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.