|
+Artikolu 32 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 |
Artikolu 32 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012Artikolu 32 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012 Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:
(1)
Fl-Artikolu 2, il-punt (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(7)
‘derivattiv OTC’ jew ‘kuntratt tad-derivattiv OTC’ tfisser kuntratt tad-derivattiv li l-eżekuzzjoni tiegħu ma sseħħx f’suq regolat skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’suq ta’ pajjiż terz ikkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat f’konformità mal-Artikolu 2a ta’ dan ir-Regolament;”.
(2)
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a Deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ derivattivi OTC
1.
Għall-finijiet tal-Artikolu 2(7) ta’ dan ir-Regolament, suq ta’ pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE fejn jikkonforma ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III ta’ dik id-Direttiva u jkun soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa, kif determinat mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw li suq ta’ pajjiż terz jikkonforma ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE u jkun soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa għall-finijiet tal-paragrafu 1.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2) ta’ dan ir-Regolament.
3.
Il-Kummissjoni u l-ESMA għandhom jippubblikaw fis-siti elettroniċi tagħhom lista ta’ dawk is-swieq li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata perjodikament.”.
(3)
Fl-Artikolu 81, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Ir-repożitorju tat-transazzjonijiet għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa lill-entitajiet li ġejjin biex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom:
(a)
l-ESMA;
(b)
l-EBA;
(c)
l-EIOPA;
(d)
il-BERS;
(e)
l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-kontropartijiet ċentrali (CCPs) li jkollhom aċċess għar-repożitorju tat-transazzjonijiet;
(f)
l-awtorità kompetenti li tissorvelja ċ-ċentri tan-negozjar tal-kuntratti rrapportati;
(g)
il-membri rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 ( *1 );
(h)
l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħlu fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75;
(i)
l-awtoritajiet superviżorji deżinjati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *2 );
(j)
l-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni li r-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom jkopru l-kuntratti, is-swieq, il-parteċipanti u l-istrumenti sottostanti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(k)
l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħlu f’arranġament ta’ kooperazzjoni mal-ESMA, kif imsemmi fl-Artikolu 76;
(l)
l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *3 );
(m)
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *4 );
(n)
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014;
(o)
awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1024/2013 u (UE) Nru 909/2014 u tad-Direttivi 2003/41/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, u 2014/65/UE, u awtoritajiet superviżorji skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE;
(p)
l-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 10(5) ta’ dan ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|