+KAPITOLU X DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
---+Artikolu 30 Eżerċizzju ta’ setgħat delegati
------+Artikolu 30 1.
------+Artikolu 30 2.
------+Artikolu 30 3.
------+Artikolu 30 4.
------+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 31 Proċedura ta’ kumitat
------+Artikolu 31 1.
------+Artikolu 31 2.
---+Artikolu 32 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
---+Artikolu 32a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
------+Artikolu 32a 1.
------+Artikolu 32a 2.
------+Artikolu 32a 3.
------+Artikolu 32a 4.
------+Artikolu 32a 5.
------+Artikolu 32a 6.
------+Artikolu 32a 7.
---+Artikolu 33 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
------+Artikolu 33 1.
------+Artikolu 33 2.
|
KAPITOLU X DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
KAPITOLU X DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 30 Eżerċizzju ta’ setgħat delegati
|
|
|
Artikolu 31 Proċedura ta’ kumitat
|
|
|
Artikolu 32 Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
|
Artikolu 32
Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012
Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:
(1)
Fl-Artikolu 2, il-punt (7) huwa sostitwit b’dan li ġej:
“(7)
‘derivattiv OTC’ jew ‘kuntratt tad-derivattiv OTC’ tfisser kuntratt tad-derivattiv li l-eżekuzzjoni tiegħu ma sseħħx f’suq regolat skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE jew f’suq ta’ pajjiż terz ikkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat f’konformità mal-Artikolu 2a ta’ dan ir-Regolament;”.
(2)
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 2a
Deċiżjonijiet ta’ ekwivalenza għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ derivattivi OTC
1.
Għall-finijiet tal-Artikolu 2(7) ta’ dan ir-Regolament, suq ta’ pajjiż terz għandu jiġi kkunsidrat bħala ekwivalenti għal suq regolat fis-sens tal-Artikolu 4(1)(14) tad-Direttiva 2004/39/KE fejn jikkonforma ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III ta’ dik id-Direttiva u jkun soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa, kif determinat mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu.
2.
Il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jiddeterminaw li suq ta’ pajjiż terz jikkonforma ma’ rekwiżiti legalment vinkolanti li huma ekwivalenti għar-rekwiżiti stabbiliti fit-Titolu III tad-Direttiva 2004/39/KE u jkun soġġett għal superviżjoni u infurzar effettivi f’dak il-pajjiż terz fuq bażi kontinwa għall-finijiet tal-paragrafu 1.
Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 86(2) ta’ dan ir-Regolament.
3.
Il-Kummissjoni u l-ESMA għandhom jippubblikaw fis-siti elettroniċi tagħhom lista ta’ dawk is-swieq li għandhom jiġu kkunsidrati bħala ekwivalenti f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dik il-lista għandha tiġi aġġornata perjodikament.”.
(3)
Fl-Artikolu 81, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“3.
Ir-repożitorju tat-transazzjonijiet għandu jagħmel disponibbli l-informazzjoni meħtieġa lill-entitajiet li ġejjin biex ikunu jistgħu jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom:
(e)
l-awtorità kompetenti li tissorvelja l-kontropartijiet ċentrali (CCPs) li jkollhom aċċess għar-repożitorju tat-transazzjonijiet;
(f)
l-awtorità kompetenti li tissorvelja ċ-ċentri tan-negozjar tal-kuntratti rrapportati;
(g)
il-membri rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tagħha fi ħdan mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (
*1
);
(h)
l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħlu fi ftehim internazzjonali mal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 75;
(i)
l-awtoritajiet superviżorji deżinjati skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*2
);
(j)
l-awtoritajiet rilevanti tat-titoli u s-swieq tal-Unjoni li r-responsabbiltajiet u l-mandati superviżorji rispettivi tagħhom jkopru l-kuntratti, is-swieq, il-parteċipanti u l-istrumenti sottostanti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(k)
l-awtoritajiet rilevanti ta’ pajjiż terz li jkunu daħlu f’arranġament ta’ kooperazzjoni mal-ESMA, kif imsemmi fl-Artikolu 76;
(l)
l-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*3
);
(m)
l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
*4
);
(n)
il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 806/2014;
(o)
awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet nazzjonali kompetenti skont it-tifsira tar-Regolamenti (UE) Nru 1024/2013 u (UE) Nru 909/2014 u tad-Direttivi 2003/41/KE, 2009/65/KE, 2011/61/UE, 2013/36/UE, u 2014/65/UE, u awtoritajiet superviżorji skont it-tifsira tad-Direttiva 2009/138/KE;
(p)
l-awtoritajiet kompetenti maħtura f’konformità mal-Artikolu 10(5) ta’ dan ir-Regolament.
|
|
Artikolu 32a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
|
|
|
Artikolu 33 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
|
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R2365
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|