+Artikolu 19 Proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
|
Artikolu 19 Proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Il-maniġer ta' MMF għandu jistabbilixxi, jimplimenta u japplika b'mod konsistenti proċedura interna prudenti ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu sabiex tiġi determinata l-kwalità tal-kreditu tal-istrumenti tas-suq monetarju, tat-titolizzazzjonijiet u tal-ABCPs, filwaqt li jieħu f'kunsiderazzjoni l-emittent tal-istrument u l-karatteristiċi tal-istrument innifsu.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Il-maniġer ta' MMF għandu jiżgura li l-informazzjoni użata meta tiġi applikata l-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tkun ta' kwalità suffiċjenti, aġġornata u minn sorsi affidabbli.
|
|
Artikolu 19 3.
|
Il-proċedura interna ta' valutazzjoni għandha tkun ibbażata fuq metodoloġiji ta' valutazzjoni prudenti, sistematiċi u kontinwi. Il-metodoloġiji użati għandhom ikunu soġġetti għal validazzjoni mill-maniġer ta' MMF fuq il-bażi ta' esperjenza storika u evidenza empirika, inkluż ittestjar retrospettiv.
|
|
Artikolu 19 4.
|
Il-maniġer ta' MMF għandu jiżgura li l-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tikkonforma mal-prinċipji ġenerali kollha li ġejjin:
(a)
għandu jiġi stabbilit proċess effettiv biex tinkiseb u tiġi aġġornata informazzjoni rilevanti fuq il-karatteristiċi tal-emittent u tal-istrument;
(b)
għandhom jiġu adottati u implimentati miżuri adegwati biex ikun żgurat li l-valutazzjoni interna tal-kwalità tal-kreditu tkun ibbażata fuq analiżi dettaljata tal-informazzjoni li hija disponibbli u pertinenti, u li tinkludi l-fatturi xprunaturi rilevanti kollha li jinfluwenzaw il-kredibbiltà kreditizja tal-emittent u l-kwalità tal-kreditu tal-istrument;
(c)
il-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għandha tiġi mmonitorjata fuq bażi kontinwa u l-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-kreditu kollha għandhom jiġu rieżaminati tal-inqas darba fis-sena;
(d)
filwaqt li ma għandu jkun hemm ebda sovradipendenza mekkanistika fuq il-klassifikazzjonijiet esterni f'konformità mal-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-maniġer ta' MMF għandu jwettaq valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu ġdida għal strument tas-suq monetarju, titolizzazzjonijiet u ABCPs meta jkun hemm bidla materjali li jista' jkollha impatt fuq il-valutazzjoni eżistenti tal-istrument;
(e)
il-metodoloġiji ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għandhom jiġu rieżaminati tal-inqas darba fis-sena mill-maniġer ta' MMF biex jiġi ddeterminat jekk jibqgħux xierqa għall-kundizzjonijiet attwali esterni u tal-portafoll u r-rieżami għandu jiġi trażmess lill-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-MMF. Meta l-maniġer tal-MMF isir jaf bi żbalji fil-metodoloġija ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu jew fl-applikazzjoni tagħha, għandu jikkoreġi dawk l-iżbalji minnufih;
(f)
meta jinbidlu l-metodoloġiji, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet ewlenin użati fil-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu, il-maniġer ta' MMF għandu jirrieżamina l-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-kreditu interni kollha affettwati malajr kemm jista' jkun;
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|