|
+Artikolu 19 4. |
Artikolu 19 4.Il-maniġer ta' MMF għandu jiżgura li l-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu tikkonforma mal-prinċipji ġenerali kollha li ġejjin:
(a)
għandu jiġi stabbilit proċess effettiv biex tinkiseb u tiġi aġġornata informazzjoni rilevanti fuq il-karatteristiċi tal-emittent u tal-istrument;
(b)
għandhom jiġu adottati u implimentati miżuri adegwati biex ikun żgurat li l-valutazzjoni interna tal-kwalità tal-kreditu tkun ibbażata fuq analiżi dettaljata tal-informazzjoni li hija disponibbli u pertinenti, u li tinkludi l-fatturi xprunaturi rilevanti kollha li jinfluwenzaw il-kredibbiltà kreditizja tal-emittent u l-kwalità tal-kreditu tal-istrument;
(c)
il-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għandha tiġi mmonitorjata fuq bażi kontinwa u l-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-kreditu kollha għandhom jiġu rieżaminati tal-inqas darba fis-sena;
(d)
filwaqt li ma għandu jkun hemm ebda sovradipendenza mekkanistika fuq il-klassifikazzjonijiet esterni f'konformità mal-Artikolu 5a tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009, il-maniġer ta' MMF għandu jwettaq valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu ġdida għal strument tas-suq monetarju, titolizzazzjonijiet u ABCPs meta jkun hemm bidla materjali li jista' jkollha impatt fuq il-valutazzjoni eżistenti tal-istrument;
(e)
il-metodoloġiji ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għandhom jiġu rieżaminati tal-inqas darba fis-sena mill-maniġer ta' MMF biex jiġi ddeterminat jekk jibqgħux xierqa għall-kundizzjonijiet attwali esterni u tal-portafoll u r-rieżami għandu jiġi trażmess lill-awtorità kompetenti tal-maniġer tal-MMF. Meta l-maniġer tal-MMF isir jaf bi żbalji fil-metodoloġija ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu jew fl-applikazzjoni tagħha, għandu jikkoreġi dawk l-iżbalji minnufih;
(f)
meta jinbidlu l-metodoloġiji, il-mudelli jew is-suppożizzjonijiet ewlenin użati fil-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu, il-maniġer ta' MMF għandu jirrieżamina l-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-kreditu interni kollha affettwati malajr kemm jista' jkun; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|